Navigation path

Left navigation

Additional tools

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 18 ta' Jannar 2013

(OR. en)

5517/2/13 REV 2

PRESSE 21

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, f'isem l-UE dwar id-denunzja tal-Prim Imħallef Sri Lankjan

L-UE segwiet bi tħassib konsiderevoli l-proċess tad-denunzja reċenti kontra l-Prim Imħallef Shirani Bandaranayake.

Is-separazzjoni tas-setgħat hija inerenti fi kwalunkwe demokrazija li tirrispetta l-istat tad-dritt. Isegwi li l-indipendenza tal-fergħa ġudizzjarja ma tista tiġi soġġetta għal azzjonijiet minn ebda fergħa oħra tal-gvern.

Huwa vitali li s-Sri Lanka tiżgura li jiġu implimentati l-obbligi internazzjonali, u b'mod partikolari l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi.

L-UE tappella lill-Gvern tas-Sri Lanka biex jirrispetta d-dritt għal protesti paċifiċi u biex jiżgura s-sigurtà kemm ta' Dr. Shirani Bandaranayake u tad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidati potenzjali l-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina, u l-pajjiż tal-EFTA l-Liechtenstein, membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova u l-Armenja, jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda għadha membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website