Navigation path

Left navigation

Additional tools

KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 14 ta' Marzu 2013

(OR. en)

7543/1/13 REV 1

PRESSE 117

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-iżviluppi fil-Maldive fid-dawl tal-elezzjonijiet presidenzjali li jmiss

L-UE qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi fil-Maldive u b'mod partikolari l-progress tal-każ fil-qorti kontra l-ex President Mohamed Nasheed. Hija tfakkar li l-awtoritajiet tal-Maldive huma impenjati li jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza personali tiegħu. L-UE tieħu nota tal-aċċettazzjoni mill-prosekuzzjoni ta' talba mid-difiża biex il-proċess jiġi differit sa wara l-elezzjonijiet presidenzjali li jmiss f'Settembru u tispera li din toffri l-mezzi biex jiġi żgurat li l-ex-President Nasheed ikun jista' jipparteċipa fil-kampanja elettorali, taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-kandidati l-oħra.

L-UE ttenni l-fehma tagħha li l-parteċipazzjoni tal-kandidati preferiti mill-formazzjonijiet politiċi kollha fil-Maldive hija essenzjali biex tiżgura s-suċċess tal-elezzjonijiet li jmiss; ikun diffiċli jiġu kkunsidrati kredibbli u inklużi jekk is-Sur Nasheed u l-partit tiegħu ma kellhomx jitħallew joħorġu jew jikkampanjaw. L-UE tinkoraġġixxi lill-partiti kollha biex jeżerċitaw ir-rażan, jaġixxu b'mod responsabbli, u jaħdmu flimkien biex jiżguraw li l-eżitu ta' dawn l-elezzjonijiet jirriffletti bis-sħiħ ix-xewqat tal-poplu tal-Maldive, u b'hekk jiġu ssalvagwardjati l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Maldive u jippermettu lill-gvern li jmiss jaffronta l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali serji li l-pajjiż jiffaċċa.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidati potenzjali l-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova u l-Armenja jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja jibqgħu jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar