Navigation path

Left navigation

Additional tools

Brussell, 8 ta' Marzu 2013 Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/89/PESK li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

European Council - PESC/13/104   08/03/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 8 ta' Marzu 2013

7336/13

PRESSE 104

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/89/PESK li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

Fit-18 ta' Frar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/89/PESK1 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK.

Id-Deċiżjoni tneħħi 21 persuna u entità waħda mil-lista ta' persuni u entitajiet indikati stipulata fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK u ġġedded il-miżuri eżistenti sal-20 ta' Frar 2014. Id-Deċiżjoni tissospendi wkoll il-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar imposta fuq 6 membri tal-Gvern taż-Żimbabwe.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidati potenzjali l-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova u l-Armenja, jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.

1 :

Ippubblikata fid-19.2.2013 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 46, p. 37.

* :

Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja jibqgħu jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ :

L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website