Navigation path

Left navigation

Additional tools

KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 8 ta' Marzu 2013

(OR. en)

7302/13

PRESSE 100

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/88/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2010/800/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

Fit-18 ta' Frar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/88/PESK1 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/800/PESK.

Id-Deċiżjoni ssaħħaħ il-miżuri restrittivi billi timponi projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-provvista jew trasferiment lir-RDPK ta' beni li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tagħna relatati mal-armi ta' qerda massiva, u timplimenta l-UNSCR 2087(2013).

Id-Deċiżjoni tadotta miżuri awtonomi tal-UE addizzjonali li jipprojbixxu l-kummerċ fid-deheb, metalli prezzjużi u djamanti u l-konsenja ta' karti tal-flus u muniti b'denominazzjoni tar-RDPK lill-Bank Ċentrali. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tagħmel illegali l-bejgħ jew ix-xiri ta' bonds tar-RDPK u l-ftuħ ta' fergħat, sussidjarji, jew uffiċċji ta' rappreżentanza ta' banek ġodda tar-RDPK fl-UE. Barra minn dan, mhux permess lill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri tal-UE li jiftħu uffiċċji jew sussidjarji fir-RDPK.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja *, il-Montenegro *, l-Islanda + u s-Serbja *, il-Pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-kandidat potenzjali l-Albanija, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova u l-Armenja jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.

1 :

Ippubblikata fid-19.2.2013 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 46, p. 28.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja jibqgħu jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda għadha membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea


Side Bar