![]() | ||
KUNSILL | MT |
Brussell, 1 ta' Novembru 2012 |
15749/12 |
PRESSE 461 |
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/635/PESK1 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/20122 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK tistabbilixxi miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Iran fis-setturi finanzjarji, tal-kummerċ, l-enerġija u t-trasport. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni tipprojbixxi t-transazzjonijiet bejn il-banek Ewropej u dawk Iranjani, sakemm ma jkunux awtorizzati minn qabel, bl-eċċezzjoni għall-għajnuna umanitarja. Barra minn hekk, ġew imsaħħa l-miżuri restrittivi kontra l-Bank Ċentrali tal-Iran.
Ukoll, ġew imposti aktar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, partikolarment għall-grafit, il-metalli, is-software għall-proċessi industrijali, kif ukoll fir-rigward tal-industrija tal-bini tal-bastimenti. L-importazzjoni tal-gass naturali mill-Iran hija wkoll projbita.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012 jistabbilixxu wkoll emendi għall-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u l-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 rigward deżinjazzjonijiet.
Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, il-Pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidat potenzjali l-Albanija, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova, jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.
Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.
Ippubblikata fis-16.10.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 282, p. 58.
Ippubblikat fis-16.10.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 282, p. 16.
Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja jibqgħu jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.
L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.