Navigation path

Left navigation

Additional tools

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 1 ta' Novembru 2012

(OR. en)

15747/12

PRESSE 460

Dikjarazzjoni mill-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK1.

Billi s-sitwazzjoni fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Bjelorussja ma tjibitx, u abbażi ta' rieżami annwali, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK testendi l-miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja sal-31 ta' Ottubru 2013.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, il-Pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidat potenzjali l-Albanija, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

Huma ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.

1 :

ĠU L 285/1, 17.10.2012, p. 17.

* :

Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja jibqgħu jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ :

L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website