Navigation path

Left navigation

Additional tools

Brussell, 1 ta' Novembru 2012 Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/634/PESK li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 944/2012/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

European Council - PESC/12/459   01/11/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 1 ta' Novembru 2012

(OR. en)

15746/12

PRESSE 459

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/634/PESK li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 944/2012/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/634/PESK1 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE)2 Nru 944/2012/PESK li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Id-Deċiżjoni tipprojbixxi x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta' armi mis-Sirja, kif ukoll il-provvista ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata. Barra minn hekk, l-aċċess tas-Syrian Arab Airlines fl-ajruporti tal-Istati Membri tal-UE huwa pprojbit, flimkien mal-projbizzjoni eżistenti tal-aċċess ta' titjiriet tal-merkanzija mis-Sirja.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/634/PESK u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 782/2012 jistabbilixxu wkoll emendi għall-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK u l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, inklużi nomini addizzjonali ta' persuni u entitajiet.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+, u s-Serbja*, il-Pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidat potenzjali l-Albanija, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ġeorġja, jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

Huma ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.

1 :

Ippubblikata fis-16.10.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 282, p. 50.

2 :

Ippubblikata fis-16.10.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 282, p. 9.

* :

Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja jibqgħu jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ :

L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website