Navigation path

Left navigation

Additional tools

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 25 ta' Settembru 2012

(OR. en)

14198/12

PRESSE 399

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton, f’isem l-Unjoni Ewropea dwar l-iżviluppi reċenti fiż-żoni marittimi fl-Asja tal-Lvant

Minħabba l-interessi sinifikanti tagħha fir-reġjun, l-UE qed issegwi bi tħassib l-iżviluppi fiż-żoni marittimi fl-Asja tal-Lvant. L-UE tħeġġeġ lill-partijiet konċernati kollha biex ifittxu soluzzjonijiet paċifiċi u kooperattivi skont id-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar u biex jikkjarifikaw il-bażi għall-pretensjonijiet tagħhom. L-UE tappella lill-partijiet kollha biex jieħdu passi biex jikkalmaw is-sitwazzjoni.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-kandidati potenzjali l-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina, u l-pajjiż tal-EFTA n-Norveġja, membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova, jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda għadha membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website