Navigation path

Left navigation

Additional tools

Brussell, 24 ta' Settembru 2012 Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton f'isem l-Unjoni Ewropea dwar ir-rizultati finali tal-elezzjonijiet fl-Angola

European Council - PESC/12/393   24/09/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 24 ta' Settembru 2012

(OR. en)

14095/1/12 REV 1

PRESSE 393

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton f'isem l-Unjoni Ewropea dwar ir-rizultati finali tal-elezzjonijiet fl-Angola

L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi l-konferma mill-Qorti Kostituzzjonali tar-riżultati finali tal-elezzjonijiet ġenerali li saru fl-Angola fil-31 ta' Awwissu 2012.

L-Unjoni Ewropea tifraħ lill-poplu Angolan għall-parteċipazzjoni kalma u paċifika tiegħu u lill-partiti politiċi u s-soċjetà ċivili għall-impenn kontinwu tagħhom favur il-paċi. Dawn l-elezzjonijiet jirrappreżentaw pass importanti lejn it-tisħiħ tad-demokrazija fl-Angola, għaxar snin wara li nkisbet il-paċi.

L-UE tirrikonoxxi l-isforz sostanzjali li l-awtoritajiet elettorali Angolani investew f'din l-elezzjoni. L-Unjoni Ewropea tfaħħar il-proċess ta' votazzjoni organizzat sewwa, li jixhed l-impenn tal-Angolani kollha lejn dawn l-elezzjonijiet.

Fuq stedina mill-awtoritajiet Angolani, l-Unjoni Ewropea bagħtet Missjoni ta' Esperti Elettorali. L-Unjoni Ewropea ħadet nota tal-fatt li l-elezzjoni tqieset bħala suċċess ġenerali mill-osservaturi internazzjonali preżenti, kif ukoll tal-kritika espressa minn xi partiti politiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-rigward ta' għadd ta' aspetti tal-proċess elettorali.

L-UE nnotat xi nuqqasijiet fil-proċess elettorali. Fl-interess li tikber il-fiduċja fil-proċess elettorali, l-Unjoni Ewropea tinsab lesta tappoġġa l-awtoritajiet Angolani kompetenti biex jiġi żgurat li dawn il-preokkupazzjonijiet jiġu ttrattati b'mod effettiv f'elezzjonijiet futuri.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro* u s-Serbja*, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-kandidati potenzjali l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Lichtenstein u n-Norveġja, il-membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukraina, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Armenja jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website