Sélecteur de langues
Chemin de navigation
![]() | ||
L-UNJONI EWROPEA | MT |
Brussell, 9 ta' Awwissu 2012 (OR. en) |
13115/12 |
PRESSE 359 |
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, f’isem l-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Popli Indiġeni tad-Dinja fid-9 ta’ Awwissu 2012 |
"Illum niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Popli Indiġeni tad-Dinja. F'isem l-Unjoni Ewropea, ningħaqad magħhom fiċ-ċelebrazzjoni tal-wirt kulturali rikk u l-kontribut tagħhom għad-dinja.
L-UE appoġġat mill-bidu nett id-Dikjarazzjoni tal-2007 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni. Id-Dikjarazzjoni hija strument importanti biex jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem, iżda l-implimentazzjoni sħiħa tagħha hija kruċjali biex dawk id-drittijiet fil-fatt jitgawdew. L-UE kemm-il darba appellat lill-Istati kollha biex dan jagħmluh realtà.
L-UE għandha rekord twil fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-popli indiġeni fl-aspetti kollha ta' ħidmitna, minn kuntatti ma' rappreżentanti indiġeni għal djalogi politiċi u s-seħħ ta' dikjarazzjonijiet fin-Nazzjonijiet Uniti, għall-għoti ta' appoġġ finanzjarju għall-proġetti tas-soċjetà ċivili. Iżda dejjem nistgħu nagħmlu iżjed: huwa għalhekk li, fl-Istrateġija l-ġdida tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, aħna ħadna impenn li nagħtu ħarsa ġdida lejn il-politika tagħna u li nkomplu niżviluppawha fil-kuntest tad-Dikjarazzjoni tan-NU u bi tħejjija għall-Konferenza Dinjija dwar il-Popli Indiġeni."
Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja**, il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja**, il-Montenegro**, l-Islanda++ u s-Serbja*, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidati potenzjali l-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja u l-Ġeorġja, jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.
* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja jibqgħu jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.