Navigation path

Left navigation

Additional tools

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 8 ta' Ġunju 2012

(OR. en)

11103/12

PRESSE 255

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja u Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/212/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill taġġorna u temenda l-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jidher fl-Anness V għad-Deċizjoni 2010/639/PESK.

Fit-23 ta' April 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/212/PESK2. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill temenda l-Artikolu 3 (1) tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK, sabiex jiġi żgurat li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu jistgħu jiġu rilaxxati jew isiru disponibbli għall-finijiet uffiċjali ta' missjonijiet diplomatiċi jew postijiet konsulari jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet skont il-liġi internazzjonali.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, il-Pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidat potenzjali l-Albanija, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein, membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, jallinjaw ruħhom ma' dawn id-deċiżjonijiet.

Huma ser jiżguraw li l-linji politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' dawn id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.

1 :

Ippubblikata fl-24.3.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 87, p. 95.

2 :

Ippubblikata fil-25.04.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru. L 113, p. 11

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea


Side Bar