Navigation path

Left navigation

Additional tools

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 8 ta' Ġunju 2012

(OR. en)

11102/12

PRESSE 254

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/225/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2010/232/PESK dwar miżuri restrittivi kontra
Burma/il-Myanmar

Fis-26 ta' April 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/225/PESK1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill testendi l-miżuri restrittivi kif hemm imniżżel fid-Deċiżjoni 2010/232/PESK sat-30 ta' April 2013, u tissospendi l-miżuri fl-Artikoli 3 sa 13a tad-Deċiżjoni 2010/232/PESK. Id-Deċiżjoni għalhekk tissospendi l-miżuri restrittivi kollha kontra Burma/il-Myanmar, bl-eċċezzjoni tal-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, li qed jinżammu. Hija tneħħi wkoll lil ċerti persuni mil-lista ta' persuni fil-parti J tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/232/PESK soġġetti għal projbizzjoni tal-viża u l-iffriżar tal-assi.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, il-Pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidat potenzjali l-Albanija u l-pajjiż tal-EFTA l-Liechtenstein, membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja, u l-Ġeorġja, jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.

1 :

Ippubblikata fis-27.04.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 115, p. 25.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea


Side Bar