Navigation path

Left navigation

Additional tools

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 8 ta' Ġunju 2012

(OR. en)

11101/12

PRESSE 253

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/122/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK għal dik id-Deċiżjoni, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/206/PESK li temenda dik id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK għal dik id-Deċiżjoni

Fis-27 ta' Frar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/122/PESK1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK li timponi miżuri restrittivi addizzjonali u temenda u taġġorna l-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif imniżżel fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK. Il-miżuri restrittivi addizzjonali jinkludu miżuri kontra l-Bank Ċentrali tas-Sirja, projbizzjoni fuq il-bejgħ, ix-xiri, it-trasport u s-senserija ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tas-Sirja, u projbizzjoni ta' aċċess għall-ajruporti tal-Istati Membri għal tijiriet ta’ merkanzija operati minn trasportaturi Sirjani.

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK2. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill temenda u taġġorna l-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif imniżżel fl-Anness I għad-Deċizjoni 2011/782/PESK.

Fis-23 ta' April 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/206/PESK1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK li timponi miżuri restrittivi addizzjonali. L-emendi jikkonċernaw iż-żieda ta' projbizzjoni, jew il-ħtieġa għal awtorizzazzjoni, għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' aktar merkanzija u teknoloġija li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna u projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija ta' lussu lis-Sirja.

Fl-14 ta' Mejju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK2. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill temenda u taġġorna l-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif imniżżel fl-Anness I għad-Deċizjoni 2011/782/PESK.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, il-Pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidat potenzjali l-Albanija u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ġeorġja, jallinjaw ruħhom ma' dawn id-deċiżjonijiet.

Huma ser jiżguraw li l-linji politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' dawn id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.

1 :

Ippubblikata fit-28.2.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 54, p. 14.

2 :

Ippubblikata fl-24.3.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 87, p. 103.

1 :

Ippubblikata fl-24.04.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 110, p. 36.

2 :

Ippubblikata fil-15.02.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 126, p. 9.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda għadha membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar