Navigation path

Left navigation

Additional tools

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 8 ta' Ġunju 2012

(OR. en)

11091/12

PRESSE 250

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/167/PESK li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/167/PESK1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill temenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif imniżżel fl-Anness għad-Deċizjoni 2011/486/PESK.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, il-Pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-kandidat potenzjali l-Albanija u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein, membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja, u l-Ġeorġja, jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.

1 :

Ippubblikata fl-24.3.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 87, p. 60.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda għadha membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar