Navigation path

Left navigation

Additional tools

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 25 ta' Mejju 2012

(OR. en)

10427/1/12 REV 1

PRESSE 221

Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra mill-ġdid tas-Sinjura Navanethem Pillay bħala Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem

L-Unjoni Ewropea tilqa' l-ħatra mill-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-Sinjura Navanethem Pillay għat-tieni mandat bħala Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem wara l-proposta mis-Segretarju Ġenerali tan-NU.

Is-Sinjura Pillay għamlet kontribut ta' valur kbir fit-tkomplija tal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem bħala korp indipendenti li jiddefendi u jsostni d-Drittijiet tal-Bniedem madwar id-dinja. Il-Kummissarju Għoli u l-Uffiċċju tagħha qed jipprovdu kontribut apprezzat ħafna lid-deliberazzjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU. L-isforzi tagħha li torbot il-ħidma tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem mal-ħidma ta' korpi oħra tan-NU ukoll mexxew 'il quddiem il-kawża tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-ħatra mill-ġdid tas-sinjura Pillay fil-kariga ta' Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem huwa sinjal ta' appoġġ qawwi għaliha personalment u għall-ħidma tal-persunal tagħha.

L-UE tappoġġja b'mod qawwi kemm lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli, l-indipendenza u l-integrità tiegħu, kif ukoll lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-UE tħares 'il quddiem lejn it-tkomplija tal-kooperazzjoni mas-Sinjura Pillay u l-Uffiċċju tagħha.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidati potenzjali l-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukraina, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja u l-Ġeorġja jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

+ :

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja jkomplu jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar