Navigation path

Left navigation

Additional tools

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 17 ta’ Mejju 2012

(OR. mt)

10167/12

PRESSE 213

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, f'isem l-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija u t-Transfobija, is-17 ta' Mejju 2012

"Illum, fi nħawi differenti tad-dinja, qed jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija u t-Transfobija. F'isem l-Unjoni Ewropea, qed nissieħeb f’din iċ-ċelebrazzjoni b’sens ta’ kburija.

Madwar id-dinja, hemm nies li jesperjenzaw id-diskriminazzjoni u l-vjolenza, u li anke jmutu, minħabba l-orjentament sesswali jew l-identità tal-ġeneru tagħhom. F’76 pajjiż ir-relazzjonijiet konsenswali bejn persuni tal-istess sess għadhom meqjusin bħala delitt u, f'mill-inqas ħames pajjiżi, jiġu kkastigati bil-piena tal-mewt.

Xi kultant nisimgħu lil min jgħid li l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru huma f’kunflitt mal-valuri tradizzjonali. Ippermettuli nkun ċara ħafna: meta nsemmu d-drittijiet tal-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali, ma nkunux qed nitkellmu dwar l-introduzzjoni ta’ drittijiet ġodda għal grupp wieħed ta' nies. Dan jikkonċerna l-fatt li l-istess drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu applikati għal kull persuna, kullimkien u mingħajr diskriminazzjoni. Nappella lill-Istati kollha biex jagħtu sehemhom sabiex dan isir realtà għal kulħadd.”

Il-Kroazja*, bħala pajjiż aderenti; dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, bħala pajjiżi kandidati; l-Albanija, bħala Pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u kandidat potenzjali;, u l-Liechtenstein u n-Norveġja, bħala pajjiżi tal-EFTA u membri taż-Żona Ekonomika Ewropea; kif ukoll l-Armenja u l-Ġeorġja, jallinjaw ruħhom ma’ din id-dikjarazzjoni.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom parti mill-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda għadha membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.

______________________


Side Bar