Navigation path

Left navigation

Additional tools

KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 26 ta' April 2012

(OR. en)

9265/1/12 REV 1

PRESSE 178

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton, f'isem l-UE, dwar is-sentenza fil-każ tas-Sur Charles Taylor

"Is-sentenza mogħtija llum mill-Qorti Speċjali għas-Sjerra Leone fil-każ tal-ex President tal-Liberja Charles Taylor hija kisba kbira għal din il-Qorti u tirrappreżenta deċiżjoni storika fil-ġlieda kontra l-impunità.

L-impatt tas-sentenza jmur ħafna lil hinn mis-Sjerra Leone, għax hija l-ewwel darba li ex kap ta' stat ġie kkundannat għal delitti serji ta' rilevanza internazzjonali. Dan il-verdett juri li l-awturi ta' delitti - huma min huma - ma jistgħux jaġixxu b'impunità.

L-UE hija impenjata bis-sħiħ favur il-ġustizzja internazzjonali u l-ġlieda kontra l-impunità. Għalhekk tappoġġa bil-qawwa l-Qorti Speċjali għas-Sjerra Leone."

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidati potenzjali l-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukraina, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja u l-Ġeorġja, jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda għadha membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar