Navigation path

Left navigation

Additional tools

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 17 ta' April 2012 (18.04)

(OR. en)

8862/12

PRESSE 157

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem
l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi
mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/159/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi
diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

Fid-19 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/159/PESK1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill testendi l-miżuri restrittivi sat-22 ta' Marzu 2013 kif imniżżlin fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islandau s-Serbja*, il-Pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-kandidat potenzjali l-Albanija, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ġeorġja, jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni.

Huma ser jiżguraw li l-linji ta' politika nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.

1 :

Ippubblikata fl-20.03.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru. L 80, p. 18

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda għadha membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar