Navigation path

Left navigation

Additional tools

KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 17 ta' April 2012

(OR. en)

8861/12

PRESSE 156

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/150/PESK u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/872/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

Fit-13 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/150/PESK1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill temenda l-listi ta' persuni u entitajiet kif jinsabu fl-Anness għad-Deċizjoni tal-Kunsill 2011/872/PESK.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, u s-Serbja*, il-Pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidat potenzjali l-Albanija, u l-pajjiż tal-EFTA l-Liechtenstein membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova, l-Azerbajġan u l-Ġeorġja, jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.

1 :

Ippubblikata fl-14.03.2012 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea nru L 74, p. 9.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja jkomplu jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.


Side Bar