Navigation path

Left navigation

Additional tools

KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 15 ta' Settembru 2011

(OR. en)

14281/1/11 REV 1

PRESSE 310

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton f'isem l-Unjoni Ewropea dwar il-priġunieri politiċi fl-Eritrea fl-għaxar anniversarju tad-detenzjoni tagħhom

L-Unjoni Ewropea għadha mħassba ferm li l-Gvern tal-Istat tal-Eritrea qed ikompli jikser l-obbligi tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, kemm skont il-liġi nazzjonali kif ukoll dik internazzjonali. L-UE tirreferi b'mod partikolari għat-detenzjoni li għadha għaddejja mingħajr proċess - mit-18 ta' Settembru 2001 - ta' grupp ta' ħdax-il Membru prominenti tal-Parlament u tal-Front tal-Poplu għad-Demokrazija u l-Ġustizzja, kif ukoll - mit-23 ta' Settembru 2001 - ta' għaxar ġurnalisti indipendenti, inkluż iċ-ċittadin Eritrew-Svediż Dawit Isaak. Minkejja appelli repetuti mill-komunità internazzjonali, inkluża l-Unjoni Ewropea, dawn in-nies ġew detenuti għall-aħħar għaxar snin mingħajr ebda kuntatt mad-dinja ta' barra, u bid-drittijiet kollha sospiżi.

In-nuqqas li jeżisti ta' informazzjoni dwar fejn jinsabu d-detenuti u dwar saħħithom huwa ksur ċar ta' diversi obbligi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-projbizzjoni ta' detenzjoni arbitrarja u d-dritt li kull min ikun imċaħħad mil-libertà tiegħu jew tagħha għandu jkun/tkun ittrattat/a b'dinjità umana. Dawn huma mnaqqxa fil-Patt tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li ġie rratifikat mill-Eritrea.

L-Unjoni Ewropea tħeġġeġ lill-Gvern tal-Istat tal-Eritrea biex jeħles lil dawn il-priġunieri mingħajr ebda kondizzjoni, flimkien ma' persuni oħra detenuti għall-fehmiet politiċi tagħhom. L-Unjoni Ewropea titlob lill-Gvern tal-Istat tal-Eritrea biex ixandar l-informazzjoni dwar fejn jinsabu dawn il-priġunieri u biex jippermettilhom l-aċċess għall-familji u l-avukati tagħhom, mhux l-anqas fuq bażi umanitarja.

Il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, il-Kroazja*, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro* u l-Islanda+, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidati potenzjali l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, is-Serbja, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukraina u r-Repubblika tal-Moldova jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website