![]() | |||
UNJONI EWROPEA | MT | ||
Brussell, 13 ta' Lulju 2011 | |||
12852/11 | |||
PRESSE 243 | |||
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/332/PESK u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/345/PESK li jimplimentaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja | |||
Fis-7 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/332/PESK1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill temenda l-listi ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness IV għad-Deċizjoni 2011/137/PESK.
Fis-16 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/345/PESK2. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill temenda l-listi ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness IV għad-Deċizjoni 2011/137/PESK.
Din id-dikjarazzjoni qed issir biex jitħabbar li l-pajjiżi li ġejjin iddikjaraw li jikkondividu l-objettivi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/332/PESK u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/345/PESK:
Il-Pajjiżi Kandidati l-Kroazja*, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro* u l-Islanda+, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-kandidati potenzjali l-Albanija u s-Serbja, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, il-membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Armenja u l-Ġeorġja jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.
Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.
Ippubblikata fit-08.06.2011 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea nru L 149, p. 10.
Ippubblikata fis-17.06.2011 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea nru L 159, p. 93.
* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro jkomplu jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.
+ L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.