Navigation path

Left navigation

Additional tools

Brussell, 28 ta’ April 2011 Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/236/PESK li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

European Council - PESC/11/112   28/04/2011

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 28 ta’ April 2011

(OR. en)

9488/11

PRESSE 112

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/236/PESK li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/236/PESK1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill temenda l-listi ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jidhru fl-Annessi I, II, III, IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

Din id-dikjarazzjoni qed issir biex tħabbar li l-pajjiżi li ġejjin iddikjaraw li huma jikkondividu l-objettivi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/236/PESK: Il-Pajjiżi Kandidati l-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, u l-Islanda, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u kandidati potenzjali l-Albanija u s-Serbja, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova, u l-Ġeorġja.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.

1 :

Ippubblikata fl-14.04.2011 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru. L 100, p. 58

:

Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

:

Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

:

Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

:

L-Islanda għadha membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website