Navigation path

Left navigation

Additional tools

UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 28 ta’ April 2011

(OR. en)

9486/11

PRESSE 111

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill timponi miżuri restrittivi kontra persuni responsabbli għal vjolazzjoni serja tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

Din id-dikjarazzjoni qed issir biex tħabbar li l-pajjiżi li ġejjin iddikjaraw li huma jikkondividu l-objettivi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK: Il-Pajjiżi Kandidati l-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u l-Islanda, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u kandidati potenzjali l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukraina u r-Repubblika tal-Moldova.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.

1 :

Ippubblikata fl-14.04.2011 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru. L 100, p. 51.

:

Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro jkomplu jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

:

L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website