Navigation path

Left navigation

Additional tools

Impjieg: X'inhu EURES, in-netwerk panEwropew tat-tiftix għall-impjiegi

European Commission - MEMO/14/22   17/01/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

MEMO

Brussell, is-17 ta’ Jannar 2014

Impjieg: X'inhu EURES, in-netwerk panEwropew tat-tiftix għall-impjiegi

X'inhu EURES u x'jagħmel?

EURES (in-netwerk Ewropew tal-mobilità tal-persuni li qed ifittxu impjieg) huwa netwerk ta' kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES) tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE),(l-Istati Membri tal-UE flmkien man-Norveġja, l-Islanda u l-Liechtenstein) u organizzazzjonijiet sieħba oħrajn. L-Isvizzera tipparteċipa wkoll fil-kooperazzjoni EURES.

In-netwerk EURES, stabbilit fl-1993, huwa responsabbli mill-iskambju tal-inforamzzjoni u r-realizzazzjoni tal-kooperazzjoni fost il-partijiet interessati tiegħu sabiex jgħin biex il-moviment liberu tal-ħaddiema jkun realtà. EURES jippromwovi l-mobilità u jnaqqas l-ostakli għall-ħaddiema billi jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' suq tax-xogħol Ewropew li huwa miftuħ u aċċessibbli għal kulħadd, u jiżgura l-iskambju tal-postijiet vakanti u l-applikazzjonijiet għall-impjiegi u t-trasparenza dwar l-informazzjoni tas-suq tal-impjiegi.

EURES jipprovdi assistenza bla ħlas lill-persuni li qed ifittxu impjieg li jixtiequ jmorru jgħixu f'pajjiż ieħor u jipprovdi konsulenza dwar l-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fiż-ŻEE. Jassissti wkoll lill-impjegaturi li jixtiequ jħaddmu ħaddiema minn pajjiżi oħrajn u f'reġjuni transfruntiera.

Il-EURES preżenti huwa magħmul minn żewġ komponenti prinċipali:

in-netwerk tal-uffiċjali tal-impjiegi li jipprovdi informazzjoni, gwida u appoġġ lil dawk li qed ifittxu impjieg li jixtiequ jaħdmu fi Stati Membri u oħrajn u impjegaturi li qed ifittxu li jħaddmu kandidati adattati minn Stati Membri oħrajn.

il-portal tal-EURES li jipprovdi aċċess għall-postijiet vakanti tax-xogħol u huwa verament post uniku għall-informazzjoni dwar il-mobilità tal-impjiegi fl-Ewropa. Jipprovdi firxa ta' għodod utli oħrajn biex jgħin lin-nies jieħdu deċiżjoni informata dwar l-opportunitajiet disponibbli.

Mobilità fl-Ewropea: fatti u ċifri

Il-moviment liberu tal-persuni huwa wieħed mil-libertajiet fundamentali garantiti mil-liġi tal-UE. Skont studju Kwalitattiv tal-Eurobaromenter li sar fl-2010, huwa d-dritt l-iktar imħaddan miċ-ċittadini tal-UE; huma jikkunsidrawh virtwalment sinonimu mal-istatus tagħhom ta' ċittadini tal-UE. Huwa minqux fl-Artikoli 45 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). It-Trattat innifsu u l-Karta tad-Dirttijiet Fundamentali jagħtu direttament liċ-ċittadini tal-UE d-dritt li jittrażlokaw u jgħixu liberament fl-Unjoni, flimkien ma' dritt għal trattament ugwali, bħala parti mill-istatus tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni.

Skont l-istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol tal-UE (UE-LFS) bejn April u Ġunju tal-2013 kien hemm madwar 7.8 miljun ċittadin tal-UE li kienu ekonomikament attivi f'pajjiż ieħor tal-UE, li jirrapreżentaw 3.2% tal-forza tax-xogħol tal-UE. Dan jirrapreżenta żieda sostanzjali meta mqabbel mal-2005 (madwar 4.8 miljuni fl-2005, jew 2.1% tal-forza tax-xogħol tal-UE) li rriżulta l-iktar minħabba t-tkabbir tal-2004 u l-2007. Madankollu, il-kriżi ekonomika wasslet għal tnaqqis fil-flussi tal-mobilità bejn il-pajjiżi tal-UE – bejn l-2009 u l-2011, il-flussi tal-mobilità fl-UE naqsu b'terz meta mqabbla mal-perjodu bejn l-2006 u l-2008.

Barra minn hekk, dawk l-istimi aggregati ma jinkludux iċ-ċittadini mobbli kollha tal-UE għaliex l-UE-LFS ikopri primarjament persuni li huma 'normalment residenti' f'pajjiż u mhux pereżmepju, dawk l-iktar riċenti jew ħaddiema mobbli għal terminu qasir (eż. li jittrażlokaw biss għal ftit xhur). Skont il-Eurobarometer tal-2009 dwar il-mobilità ġeografika u tax-xogħol, madwar 10% taċ-ċittadini tal-UE ddikjaraw li diġà ħadmu u għexu f'pajjiż ieħor f'xi punt, fejn 51% ħadmu għal inqas minn sentejn u 38% għal inqas minn sena. Skont l-Eurobarometer tal-2011 dwar is-Suq Uniku, 28% taċ-ċittadini tal-UE f’età tax-xogħol jikkunsidraw jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE fil-ġejjieni. Barra minn hekk, din il-parti hija partikolarment għolja (54%) fost iż-żgħażagħ (15-24) u fost dawk li għandhom bejn 25-39 sena (38%).

Il-paraguni internazzjonali (eż. l-Istaħħriġ Ekonomiku tal-OECD tal-UE 2012) jindikaw li l-mobilità transfruntiera bejn l-Istati membri tal-UE hija limitata meta mqabbla ma' reġjuni oħrajn (bħall-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja). Għalkemm dan jista’ jiġi parzjalment spjegat mid-diversità lingwistika kbira ħafna u d-diversi oqfsa istituzzjonali, dawn il-paraguni xorta jissuġġerixxu li teżisti possibbiltà sinifikanti għal mobilità ġeografika akbar fl-UE. Barra minn hekk, id-differenzi enormi li fil-preżent jeżistu bejn il-pajjiżi u r-reġjuni tal-UE f'termini ta' rati ta' qgħad u rati ta' postijiet vakanti tal-impjiegi huma sinjal ieħor li l-potenzjal tal-mobilità ġeografika tax-xogħol mhux qed jiġi sfruttat b'mod sinifikanti (ara id-dokument ta' ħidma tal-persunal dwar ix-Xejriet u l-Isfidi fis-Suq tax-Xogħol li jakkumpanja l-Pakkett tal-Impjiegi tal-Kummissjoni ta' April 2012). Il-livelli attwali tal-mobilità għadhom relattivament baxxi meta mqabbla mal-potenzjal tal-UE u ma jirriflettux dak li jista' jkun mistenni f'suq tax-xogħol tal-UE li huwa ġenwinament uniku.

Għaliex il-Kummissjoni tħeġġeġ il-mobilità tax-xogħol intra-UE?

Fl-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir tal-2012 il-mobilità ġeografika limitata ġiet identifikata bħala waħda mir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil strutturali bejn il-forniment u d-domanda għax-xogħol, u b'hekk li qed ixxekkel l-irkupru u t-tkabbir fit-tul (ara IP/11/1381).

Fis-sitwazzjoni attwali ta'qgħad għoli u d-diverġenza qawwija bejn l-Istati Membri, il-mobilità tax-xogħol jista' jkollha rwol importanti. Għadd sinifikanti ta' postijiet vakanti tax-xogħol li baqgħu vojta f'oqsma ta' tkabbir għoli llum jeżistu flimkien ma' qgħad għoli f'partijiet oħrajn tal-UE. Il-mobilità tax-xogħol tista' televa l-pressjoni tal-impjiegi f'pajjiżi affettwati mill-kriżi filwaqt li tirrispondi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol fejn hemm domanda ta' livell għoli tax-xogħol. Skont l-Eurostat, filwaqt li r-rati tal-qgħad f'Novembru 2013 kienu madwar 5-6% fil-Lussemburgu, l-Awstrija u l-Ġermanja, kienu viċin il-15-19% fil-Portugall, Ċipru u l-Kroazja u ogħla minn 25% fi Spanja u l-Greċja.

Il-mobilità tax-xogħol intra-UE tista' tgħin tindirizza mill-ġidid l-iżbilanċi u tappoġġa l-impjiegi, filwaqt li tirrestawra d-dinamiżmu u televa t-tbatija soċjali. Il-mobilità tista' tgħin ukoll fit-tnedija ta' azzjonijiet ta' reklutaġġ u tissodisfa l-ħtiġijiet ta' diversi impjegaturi billi tipprovdihom b'forza tax-xogħol bil-ħiliet li jkunu qed ifittxu. Il-ħaddiema min-naħa tagħhom jistgħu jiggwadanjaw minn tranżizzjoni pożittiva f'impjieg.

Fil-passat, ħafna studji wrew l-impatt pożittiv ġenerali tal-mobilità kemm tal-ħaddiem kif ukoll tal-kumpaniji. Pereżmepju, il-mobilità ta' wara t-tkabbir hija stmata li żiedet il-PDG tal-pajjiżi tal-UE-15 b'madwar 1% fil-perjodu ta' bejn l-2004 u l-2009.

.

Stejjer ta' Suċċess tal-EURES

Kuljum in-netwerk tal-UERES jgħin ħafna persuni li qed ifittxu impjieg u impjegaturi biex isibu xogħol u impjegati kwalifikati. Hawn taħt hawn selezzjoni ta' wħud mill-istejjer ta' suċċess fl-2013.

Fiera tal-Impjiegi f'Liżbona twassal għal impjieg fl-Olanda

Pedro Pereira, inġinier elettriku Portugiż li spiċċa qiegħed b'riżultat tal-kriżi, sab xogħol ġdid fl-Olanda permezz tal-fiera tal-impjiegi f'Liżbona.
https://ec.europa.eu/eures/main.jsp?lang=en&catId=10598&myCatId=10598&parentId=20&acro=news&function=newsOnPortal

Jum tal-Impjiegi li kellu suċċess: 500 kuntratt ġdid f'erba' pajjiżi

Fiera tal-impjiegi riċenti fil-belt Ġermaniża ta' Saarbrücken, viċin il-fruntiera Franċiża, ġabet flimkien iktar minn 6 500 viżitatur u wasslet għal 500 impjieg u kuntratt ġdid.
https://ec.europa.eu/eures/main.jsp?lang=en&catId=10629&myCatId=10629&parentId=20&acro=news&function=newsOnPortal

Għajnuna għal persuni Bulgari li qed ifittxu l-impjiegi biex jaħdmu fil-Ġermanja

Il-kooperazzjoni bejn EURES il-Ġermanja u l-Bulgarija għenet 208 persuni li qed ifittxu impjieg mill-Bulgarija biex isibu impjieg fil-Ġermanja minn Jannar sa Settembru 2013, l-iktar f'postijiet vakanti li kien qed ikun diffiċli biex jimtlew fis-suq tax-xogħol lokali
https://ec.europa.eu/eures/main.jsp?lang=en&catId=10634&myCatId=10634&parentId=20&acro=news&function=newsOnPortal

630 post tal-impjiegi vakanti offruti waqt il-Jum Ewropew tal-Impjiegi fl-Irlanda

EURES Irlanda riċentament organizza Jum Ewropew tal-Impjiegi biex jgħin jiġġieled ir-rati għoljin tal-qgħad fil-Gżira Emerald.
https://ec.europa.eu/eures/main.jsp?lang=en&catId=10637&myCatId=10637&parentId=20&acro=news&function=newsOnPortal

Għajnuna għall-ħaddiema transfruntiera

EURES għandu wkoll rwol importanti fejn jikkonċerna pariri u appoġġ għal ħaddiema transfruntiera. Pereżempju dan huwa l-każ ta' persuna Belġjana li kienet qed tfittex xogħol biex issib impjieg propju fuq naħa l-oħra tal-fruntiera fil-Ġermanja.
https://ec.europa.eu/eures/main.jsp?lang=en&catId=10604&myCatId=10604&parentId=20&acro=news&function=newsOnPortal

Inġiniera mill-Portugall isibu suċċess fin-Norveġja

Matul l-aħħar sentejn, grupp ta' inġiniera min-Norveġja ħaddmu tmien inġiniera Portugiżi permezz tas-servizzi tal-EURES.
https://ec.europa.eu/eures/main.jsp?lang=en&catId=10609&myCatId=10609&parentId=20&acro=news&function=newsOnPortal


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website