Navigation path

Left navigation

Additional tools

Letter from President Barroso to the Members of the European Council

European Commission - MEMO/14/182   11/03/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

MEMO

Brussell, 11 Marzu 2014

Letter from President Barroso to the Members of the European Council

Għeżież kollegi,

Se jkollna aġenda mimlija meta niltaqgħu għall-Kunsill Ewropew ta' Marzu (b'mod partikolari minħabba l-avvenimenti fl-Ukraina u l-possibbiltà li jkollna niddedikaw xi ħin biex niddiskutu r-reazzjoni tal-UE). Biex nimmassimizzaw il-ħin li se jkollna biex niddiskutu nixtieq naqsam materjal interessanti ta' kuntest magħkom fil-laqgħa tagħna.

Wieħed mis-suġġetti tal-aġenda tagħna huwa l-politika industrijali. Intom diġà rajtu l-aħħar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar dan il-qasam importanti ta' politika. Nemmen li kollha nistgħu naqblu dwar l-importanza li jinħoloq l-aħjar ambjent biex nappoġġaw il-kompetittività industrijali tal-Ewropa. Fost il-bosta fatturi li jiddetermina dan huwa kif il-manifattura u s-servizzi qed dejjem jaħdmu aktar flimkien u l-investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni. Qed nehmeż żewġ dokumenti qosra, wieħed dwar Orizzont 2020 u l-ieħor dwar is-servizzi, li nittama li ssibuhom utli.

Il-programm Orizzont 2020 għandu rwol importanti fis-snin li ġejjin fit-trawwim tal-kompetittività industrijali. Permezz tad-deċiżjonijiet tal-QFP impenjajna li nżidu l-baġit disponibbli u issa se jkollna fondi konsiderevoli biex nixprunaw ir-riċerka Ewropea. Id-dokument mehmuż juri wħud mill-bosta programmi li se jintużaw biex jgħinu nsaħħu l-kapaċità tagħna biex nagħmlu innovazzjoni u nikkummerċjalizzaw b'suċċess prodotti u servizzi ġodda.

Is-sitwazzjoni fis-settur tas-servizzi hija deskritta b'mod ċar fit-test mehmuż. Peress li huwa dejjem aktar ċar li l-manifattura u s-servizzi għandhom jitqiesu flimkien jiena qist li d-deskrizzjoni tal-kuntest tkun ta' għajnuna fid-diskussjoni tagħna. Waħda mis-setgħat tal-Ewropa, li tiġi direttament mill-mod li l-kumpaniji tagħna tgħallmu jużaw is-Suq Intern tagħna, hija l-abbiltà tagħhom li jieħdu sehem f'katini ta' valur globali fejn nistgħu nimmassimizzaw il-valur miżjud tal-kapaċitajiet tal-manifattura tradizzjonali tagħna flimkien mas-servizzi bħas-servizzi tan-negozju u l-loġistika . Id-dejta mehmuża turi li qed nagħmlu progress imma wkoll li b'implimentazzjoni aħjar mill-Istati Membri nistgħu nidħlu f'aktar potenzjal tat-tkabbir f'dan is-settur.

Kwistjonijiet bħall-kompetittività dejjem se jkunu prominenti fid-diskussjoni tagħna dwar l-enerġija u l-bidla tal-klima. Nittama li sibtuha utli l-analiżi tal-ispiża tal-enerġija li l-Kummissjoni ppubblikat f'Jannar. Jidher ċar mill-analiżi fattwali li l-partijiet tal-prezz li nħallsu għall-enerġija tagħna tiġi ddeterminata b'mod nazzjonali mill-alternattivi ta' politika. Jidher ċar ukoll li l-politiki tagħna dwar l-ambjent ma jżidux b'mod sinifikanti għall-ispiża għolja tal-enerġija fl-UE.

Nistenna bil-ħerqa għad-diskussjonijiet tagħna dwar dawn il-kwistjonijiet u oħrajn fl-20 u fil-21 ta' Marzu.

José Manuel BARROSO


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website