Navigation path

Left navigation

Additional tools

Dikjarazzjoni mill-Kummissarju għas-Saħħa, Tonio Borg, dwar id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti fil-qasam tal-Kura tas-Saħħa Transfruntiera

European Commission - MEMO/13/932   25/10/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

MEMO

Brussell, il-25 ta' Ottubru 2013

Dikjarazzjoni mill-Kummissarju għas-Saħħa, Tonio Borg, dwar id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti fil-qasam tal-Kura tas-Saħħa Transfruntiera

"Illum hi ġurnata importanti għall-pazjenti madwar l-Unjoni Ewropea. Mil-lum, hemm fis-seħħ liġi tal-UE li tħaddan id-dritt taċ-ċittadini li jmorru f'pajjiż ieħor tal-UE għal trattament u jitħallsu lura għalih. Mil-lum, il-pajjiżi kollha tal-UE kellhom jittrasponu d-Direttiva dwar id-drittijiet tal-Pazjenti fil-qasam tal-Kura tas-Saħħa Transfruntiera, adottata 30 xahar ilu, fil-liġi Nazzjonali tagħhom.

Għall-pazjenti, din id-Direttiva tfisser setgħa: issa għandhom għażla ikbar ta' kura tas-saħħa, iktar informazzjoni, u rikonoxximent iktar faċli ta' preskrizzjonijiet bejn fruntiera u oħra. Id-Direttiva hija wkoll aħbar tajba għas-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa għax ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fuq l-għodod interoperabbli tas-saħħa elettronika, l-użu ta' valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, u l-ippuljar ta' kompetenzi rari.

Sabiex il-pazjenti jibbenifikaw mid-drittijiet mogħtija mil-liġi tal-EU, din il-liġi hemm bżonn tiġi trasposta u infurzata sew. Il-Kummissjoni pprovdiet ħafna appoġġ lill-Istati Membri waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni. Issa nħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex iwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom u jittrasponu bis-sħiħ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni ser tissorvelja mill-qrib it-traspożizzjoni, ser tipprovdi assistenza u ser tieħu azzjoni xierqa fejn ikun meħtieġ."

Għal iktar informazzjoni dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transfruntiera: MEMO/13/918


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website