Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

MEMO

Brussell, id-10 ta' Ottubru 2013

Il-Kummissarju Cecilia Malmström tilqa’ l-vot tal-Parlament Ewropew dwar il-EUROSUR

Illum il-Parlament Ewropew adotta proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR):

“Ninsab sodisfatta bil-vot tal-lum tal-Parlament Ewropew li jwitti t-triq għall-bidu tal-operat ta’ EUROSUR qabel tmiem is-sena.

Kollha kemm aħna għandna f’moħħna l-immaġni xokkanti tal-aktar traġedji reċenti f’Lampedusa. Qatt ma jien se ninsa d-dehra tal-280 tebut matul iż-żjara tiegħi f'dik il-gżira. It-telf ta' tant ħajjiet f’ċirkustanzi tant terribbli huwa ħaġa tat-tkexkix. Il-ħsibijiet tiegħi huma għall-vittmi u l-familji tagħhom (MEMO/13/849) u dawk impenjati bis-salvataġġ għandhom l-ammirazzjoni kollha tiegħi tal-isforzi tagħhom kollu f'sitwazzjoni daqstant trawmatika.

L-UE jeħtieġ iżżid l-isforzi tagħha sabiex tara li ma jseħħux dawn it-traġedji. L-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ li jaħdmu qatigħ biex jieħdu miżuri deċisivi u biex juru solidarjetà kemm mal-migranti kif ukoll mal-pajjiżi li qed jesperjenzaw flussi migratorji dejjem jiżdiedu.

Il-EUROSUR hija parti minn dawn l-isforzi. Din se tagħmel kontribut importanti għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni tagħna u tgħin biex jiġu salvati l-ħajjiet ta' dawk kollha li jpoġġu lilhom infushom fil-periklu biex jaslu fix-xtut Ewropej. Hija se ssaħħaħ l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fi ħdan u bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, kif ukoll mal-aġenzija tal-fruntieri tal-UE il-Frontex. L-informazzjoni dwar l-inċidenti u l-patrols se tiġi kondiviża mal-ewwel bejn iċ-ċentri nazzjonali tal-koordinazzjoni stabbiliti ġodda u l-Frontex. Dan se jżid il-possibilitajiet tagħna għall-prevenzjoni ta’ reati transkonfinali, bħat-traffikar tad-drogi jew it-traffikar tal-bnedmin, iżda wkoll jidentifika u jagħti għajnuna lil dgħajjes żgħar tal-migranti li jkunu jinstabu f’diffikultà.

Ippermettuli nenfasizza li r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipju tan-non-refoulement ikunu fil-qalba tal-azzjonijiet kollha u tal-operazzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri u mill-Frontex, fi ħdan u barra l-qafas tal-EUROSUR. L-implimentazzjoni tagħha se tkun tirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet nazzjonali u tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. Dawn il-garanziji stretti se japplikaw ukoll fil-każ fil-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

Għal aktar tagħrif:

MEMO/13/578

SPEECH/13/799

Cecilia Malmström: il-websajt tagħha

Segwi lill-Kummissarju Malmström fuq Twitter

DG Affarijiet Interni: il-websajt

Segwi lid-DG Affarijiet Interni fuq Twitter


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website