Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

MEMO

Strasburgu, it-12 ta' Ġunju 2013

Dikjarazzjoni mill-Kummissarju tal-UE Malmström dwar is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil

Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) ilha l-ogħla prijorità għalija sa mill-bidu tal-mandat tiegħi u ilni involuta fin-negozjati sa mill-ewwel ġurnata. Li s-SEKA tiddaħħal fis-seħħ hija kisba storika, xi ħaġa li l-Istati Membri tal-UE u l-Parlament ilhom jimmiraw għal dan sa mill-1999. Is-SEKA se tipprovdi aċċess aħjar għall-proċedura dwar l-asil għal dawk li qed ifittxu protezzjoni; se twassal għal deċiżjonijiet dwar l-asil aktar ġusti, aktar rapidi u ta' kwalità aħjar; se tiżgura li n-nies li qed jibżgħu mill-persukuzzjoni mhumiex se jintbagħtu lura fil-periklu; u se tipprovdi kundizzjonijiet dinjitużi u diċenti kemm għal dawk li japplikaw għall-asil u dawk li ngħatatilhom protezzjoni internazzjonali fl-UE.

Ivvjaġġajna triq iebsa biex wasalna sa hawn. Iżda l-kisba tagħna għadha mhijiex lesta kollha kemm hija. Issa neħtieġu li nagħmlu sforz kbir biex nimplimentaw il-leġiżlazzjoni tagħna u niżguraw li din is-sistema komuni taħdem tajjeb u b'mod uniformi. Wara li jsir dan biss se jkollna żona ta' protezzjoni u ta' solidarjetà li jixirqilha isimha - kisba li nistgħu nkunu kburin biha.

Useful Links

MEMO/13/532

Factsheets

CEAS infographics

Cecilia Malmström's website

Follow Commissioner Malmström on Twitter

DG Home Affairs website

Follow DG Home Affairs on Twitter


Side Bar