Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

MEMO

Brussell, 8 Mejju 2013

Letter of President Barroso to the Members of the European Council

Għeżież kollegi,

Se niltaqgħu fi Brussell nhar it-22 ta’ Mejju biex niddiskutu żewġ kwistjonijiet importanti u topiċi — l-enerġija u l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa. Billi ż-żmien għad-dibattitu se jkun limitat ħassejt li jkun utli li nibgħatlek xi informazzjoni ta’ sfond fuq iż-żewġ suġġetti qabel il-laqgħa tagħna.

Kif se taraw minn l-informazzjoni mehmuża, għalkemm it-taħlita tal-enerġija tvarja konsiderevolment minn Stat Membru għall-ieħor, kollha qed jiffaċċaw sfidi simili. Nistgħu nittrattaw dawn l-isfidi aħjar flimkien. Il-prezzijiet tal-enerġija jvarjaw b'mod konsiderevoli madwar l-UE, minħabba li s-suq tagħna huwa fframmentat. In-nuqqas milli jsir użu mill-benefiċċji tal-enerġija jkun ifisser li n-negozji u l-konsumaturi jħallsu aktar milli għandhom bżonn għall-provvisti tal-enerġija tagħhom. Għandna parti mis-soluzzjoni għall-prezzijiet għolja tal-enerġija f'idejna – jekk kemm-il darba jitkompla s-suq intern tagħna tal-enerġija u nimplementaw il-leġiżlazzjoni eżistenti. Id-diskussjoni tagħna għandha tibni fuq il-konklużjonijiet ta’ Frar 2011 u tieħu l-politika tagħna 'l quddiem. Jien se nissuġġerixxi xi orjentazzjonijiet ta’ politika fil-laqgħa tagħna.

Assolutament kruċjali għal dan hi t-tlestija ta’ suq intern għall-enerġija li jiffunzjona b’mod sħiħ, li jkun interkonness u integrat u li huwa ċentrali għall-kompetittività tal-Ewropa u li ma jistax ikun frammentat.

Issa huwa urġenti li titlesta t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tat-tielet pakkett għall-enerġija. Bl-istess mod, irridu nieħdu passi urġenti biex niffaċilitaw l-investiment sostenibbli privat u pubbliku, inkluż fuq livell ta’ UE, fl-infrastruttura tal-enerġija tagħna, is-sinsla bejn il-fruntieri tas-suq intern għall-enerġija. Barra minn hekk, irridu nkomplu nsaħħu d-diversifikazzjoni tal-provvisti interni u esterni tagħna. Dan jinkludi l-użu ta' sorsi internazzjonali ġodda u li wieħed jitkellem b’vuċi Ewropea waħda dwar kwistjonijiet globali tal-enerġija. Jirrikjedi wkoll l-użu ta' approċċ iktar ikkoordinat bejn l-Istati Membri dwar iż-żieda pożittiva ta’ enerġija rinnovabbli, u approċċ ibilanċjat, mifrux mal-Unjoni kollha dwar l-użu tal-potenzjal ta' idrokarburi mhux konvenzjonali.

Dan kollu huwa kritiku biex tittejjeb il-kompetittività tan-negozju tagħna, tingħata spinta lit-tkabbir sostenibbli, biex ikun hemm rispons għal bidliet fix-xena globali tal-enerġija u biex jibqgħu jiġu kkontrollati l-prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew. Irridu naġixxu b’urġenza, f’konformità mal-konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill Ewropew, u nagħtu spinta politika fl-ogħla livell.

Kwistjoni oħra – l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa qiegħda dejjem aktar issir importanti fid-dibattitu pubbliku u għal raġuni serja. Fi żmien ta’ konsolidament fiskali l-Istati Membri mhumiex qed jimmassimizzaw id-dħul mit-taxxa li jistgħu jkollhom u l-kwistjoni dwar il-ġustizzja tinsab direttament fuq l-aġenda. In-nota informattiva mehmuża turi l-ħtieġa għall-Istati Membri biex jiddeċiedu dwar proposti ewlenin lill-Kunsill bħad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq it-Tfaddil u biex isir użu aktar intensiv tal-istrumenti ta’ politika li huma diġà disponibbli inkluża implimentazzjoni ambizzjuża tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u żewġ Rakkomandazzjonijiet dwar ir-rifuġji fiskali u l-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva.

Matul bosta snin, l-UE stabbilixxiet il-prinċipju ta’ skambju awtomatiku ta’ informazzjoni fil-qalba tal-approċċ tagħha. Huwa importanti li dan jiġi estiż għall-forom kollha ta’ dħul. Għalhekk għandi l-pjaċir li nħabbar li l-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta proposta leġiżlattiva biex testendi l-ambitu ta’ skambju awtomatiku skont id-Direttiva ta' Kooperazzjoni Amministrattiva. Dan se jiżgura kopertura sħiħa u konsistenti tat-tipi rilevanti kollha ta’ dħul fl-Istati Membri kollha. U rigward il-bini fuq l-arranġamenti tal-UE, kollettivament aħna għandna naqblu dwar pożizzjoni tal-UE qawwija u kkoordinata fil-G8, fil-G20 u fl-OECD biex l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni jsir l-istandard globali l-ġdid.

Ninsab ħerqan biex niddiskuti dawn il-kwistjonijiet importanti miegħek fil-laqgħa tagħna.

José Manuel BARROSO

Lill-Membri tal-Kunsill Ewropew

Two background notes on energy policy and on tax fraud and evasion are available in all language versions here.


Side Bar