Navigation path

Left navigation

Additional tools

Ir-riforma tal-Protezzjoni tad-dejta – Sena Wara

European Commission - MEMO/13/39   28/01/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

MEMO

Brussell, it-28 ta’ Jannar 2013

Ir-riforma tal-Protezzjoni tad-dejta – Sena Wara

Sena ilu, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat riforma komprensiva tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-UE tal-1995 biex isaħħu d-drittijiet tal-privatezza onlajn u jagħtu spinta lill-ekonomija diġitali tal-Ewropa.(IP/12/46). Il-progress teknoloġiku u l-globalizzazzjoni biddlu ħafna l-mod kif id-dejta tagħna tinġabar, tiġi aċċessata u użata. Barra minn hekk, is-27 Stati Membri tal-UE implimentaw ir-regoli tal-1995 b'mod differenti, li wassal għal diverġenzi fl-infurzar. Liġi waħda se tneħħi l-frammentazzjoni attwali u l-piżijiet amministrattivi li jiswew ħafna. Dan ser jiffranka lin-negozji madwar EUR2.3 biljun fis-sena. L-inizjattiva se tgħin biex issaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur fis-servizzi onlajn, li għandha tipprovdi spinta tant meħtieġa għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa.

Kif se tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku permezz tar-riforma tal-protezzjoni tad-dejta?

Il-qsim tad-dejta sar kruċjali għat-tkabbir ekonomiku. Il-protezzjoni tal-privatezza u l-fluss ħieles ta' dejta huma kunċetti kumplimentari mhux kontradittorji. 

Biex tiffjorixxi, l-ekonomija diġitali teħtieġ fiduċja. Ħafna nies ma għandhomx fiduċja dwar l-għoti tad-dejta personali tagħhom onlajn. Dan ifisser li huma inqas probabbli li jużaw servizzi onlajn u teknoloġiji oħrajn. Skont studju tal-GSMA 9 minn kull 10 utenti tal-ismartphone huma mħassba dwar l-apps tal-mowbajl li qiegħed jiġbor id-dejta tagħhom mingħajr il-kunsens tagħhom, u jgħidu li jixtiequ ikunu jafu meta d-dejta mill-ismartphone tagħhom tkun qed tinqasam ma’ parti terza.

Regoli applikati b’mod b’saħħtu, affidabbli, konsistentement se jagħmlu l-ipproċessar tad-dejta aktar sikur, irħas u jsaħħaħ il-fiduċja tal-poplu. Il-fiduċja min-naħa tagħha tmexxi l-iżvilupp. Dan huwa messaġġ li jinftiehem sew mad-dinja kollha. F’ittra lill-Parlament Ewropew li tappoġġa bis-sħiħ il-pakkett tar-riforma tal-protezzjoni tad-dejta, 25 organizzazzjonijiet ewlenin tal-konsumatur fl-Istati Uniti saħħqu li “standards ta’ privatezza aktar b'saħħithom fl-Ewropa se jibbenefikaw minnhom il-konsumaturi madwar id-dinja”.

X’se tagħmel ir-riforma għan-negozju?

Il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta proposta se tagħmel tliet affarijiet sabiex tgħin lin-negozju jikkontribwixxi għat-tkabbir:

L-ewwel nett, dan se jnaqqas l-ispejjeż u jżid iċ-ċertezza legali billi jibdel il-liġijietit-varji attwali fl-Ewropa ma’ sett wieħed ta’ regoli uniformi għas-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea.

Din se taqta’ il-burokrazija billi jiġi introdott punt ta’ kuntatt waħdieni lin-negozji sabiex jindirizzaw lir-regolaturi. Fil-futur, il-kumpaniji se jkollhom jindirizzaw biss lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta fil-pajjiż tal-UE fejn huma bbażati.

Huma wkoll mhux se jkunu aktar obbligati li jinnotifikaw lil kull attività ta' pproċessar tad-dejta għar-regolaturi nazzjonali.

Dan kollu se jiffranka lin-negozji madwar €2.3 biljun fis-sena.

It-tieni nett, ir-riforma se tiġġenera tkabbir għaliex tqis l-ispejjeż tan-nuqqas ta’ konformità. Il-ksur tar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta jista' jkollu spiża enormi. Skont ir-rapporti, attakk fuq Sony fejn inkiseb aċċess għal 100 miljun kont b’mod illegali kellu spiża ta’ bejn USD 1 u USD 2 biljuni. Li tiżgura li l-klijenti huma nnotifikati mingħajr dewmien żejjed meta d-dejta tagħhom, inkluż id-dettalji tal-karta tal-kreditu, jiġu aċċessati b’mod illegali se tiġġenera u tagħti fiduċja lill-konsumaturi meta jagħmlu n-negozju onlajn.

It-tielet nett, il-proposti tal-Kummissjoni jestendu l-għadd ta' modi li bihom in-negozji jistgħu juru li jissodisfaw standards għoljin ta' protezzjoni meta jittrasferixxu dejta personali lil hinn mill-fruntieri tal-UE. Din hija lista twila. Negozji li joperaw globalment se jibbenefikaw minn regoli ċari li jistabbilixxu kif jistgħu jużaw regoli korporattivi li jorbtu (il-BCRs) u klawsoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta' dejta personali b'mod sikur.

Il-proposta tneħħi wkoll ħafna awtorizzazzjoni ta proċeduri ineffiċjenti minn qabel. Taħt ċerti kundizzjonijiet, se jkun possibbli li jsir trasferiment ta’ dejta barra l-Unjoni fuq il-bażi ta’ kodiċi ta’ kondotta. Is-Safe Harbour mhux ser jiġi affettwat.

Ir-regoli l-ġodda tal-UE proposti dwar l-adegwatezza tqis bi sħiħ is-sistemi ta privatezza fpajjiżi oħrajn. Dan mhux biex ikollhom sistema identika għal dik tal-UE iżda biex jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni tad-dejta fil-prattika. L-esperjenza turi li dan l-approċċ jaħdem.

X’se tagħmel ir-riforma għall-poplu?

Il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta proposta se tagħmel tliet affarijiet li jpoġġu lill-individwi fil-kontroll tad-dejta tagħhom u jgħinu biex tiżdied il-kunfidenza li jkollhom fl-użu ta’ servizzi onlajn.

L-ewwel nett, permezz tat-tisħiħ eżistenti tad-“dritt li tkun minsi/ja ” (d-dritt li titlob għat-tħassir tad-dejta meta m'għadhiex aktar meħtieġa) il-liġi tal-UE se tgħin lin-nies biex jimmaniġġjaw aħjar ir-riskji għall-protezzjoni tad-dejta onlajn: in-nies se jkunu jistgħu jħassru d-dejta tagħhom jekk ma jkun hemm ebda raġunijiet leġittimi biex tinżamm. In-nies se jkollhom ukoll aċċess aktar faċli tad-dejta tagħhom u jkunu kapaċi b’mod iktar faċli jittrasferixxu dejta personali minn fornitur wieħed ta servizz għal ieħor.

It-tieni nett, kull fejn huwa meħtieġ il-kunsens biex id-dejta tiġi pproċessata, se jkollha tiġi mogħtija b’mod espliċitu, pjuttost milli maħsub bħal kif kultant huwa l-każ bħalissa. Il-kunsens huwa fil-preżent - u se jibqa' taħt il-liġi proposta – wieħed biss mir-raġunijiet diversi li jippermetti l-ipproċessar skont il-liġi tad-dejta. L-ipproċessar jista’ wkoll ikun ibbażat fuq il-prestazzjoni ta' kuntratt, fuq obbligu legali, interess pubbliku jew fuq l-interessi leġittimi tal-kontrollur, eċċ. Iżda meta huwa meħtieġ il-kunsens għall-ipproċessar ta' dejta, dak il-kunsens għandu jkun espliċitu: li tibqa’ sieket mhix l-istess ħaġa bħallikieku tgħid iva.

Kunsens espliċitu mhux neċessarjament irid jingħata bil-miktub: persuna tista' taqbel mal-ipproċessar tad-dejta tagħhom billi tagħfas fuq l-ikoni jew tittikkja il-kaxxa fuq websajt. Dan mhux se jfisser pop-ups kostanti peress li l-kunsens jista’ jingħata għal operazzjonijiet multipli.

It-tielet nett, ir-regoli l-ġodda se jgħinu biex jonqos l-għadd ta ksur ta' dejta. Meta dan jiġri u d-dejta tal-poplu tintilef, tinsteraq jew tiġi aċċessata b’mod illegali, il-vittmi għandhom ikunu jafu mill-aktar fis possibbli. Azzjoni rapida biex tindirizza l-ksur ta' dejta personali tweġġa lill-kriminal, mhux lin-negozju leġittimu. Għaliex il-ksur ta’ dejta m’għandux jiġu nnotifikati fi żmien 24 siegħa jekk dan ikun fattibbli? Il-proposta tal-Kummissjoni m'għandha titlob għal xejn aktar. L-istatistiċi juru: pajjiżi li jeħtieġu notifiki ta’ malajr għandhom inqas ksur ta' dejta. B’mod ċar, regoli sodi f'dan il-qasam se jħeġġu lill-kumpaniji biex jimmaniġġjaw dejta personali aktar sikura.

Id-dritt li tintesa verament x’ifisser?

Dawk bit-tama li d-dritt li wieħed jintesa jippermettilhom biex inaddfu l-istorja tal-kreditu tagħhom ser ikunu diżappuntati.

Il-proposta tal-Kummissjoni tibni fuq id-dritt diġà eżistenti li jitlob li d-dejta personali għandha titħassar jekk ma jkunux aktar meħtieġa għal kwalunkwe skop leġittimu. Din tkopri t-tipi kollha ta' sitwazzjonijiet ta' kuljum. Pereżempju, it-tfal ma jistgħux jifhmu r-riskji involuti meta jagħmlu l-informazzjoni personali tagħhom disponibbli – biss se jiddispjaċihom meta jikbru. Huma għandhom ikunu kapaċi li jħassru dan it-tagħrif jekk iridu.

L-istorja se terġa’ tinkiteb bid-dritt li tintesa?

Id-dritt li tintesa mhuwiex li terġa’ tinkiteb l-istorja Il-proposta tal-Kummissjoni speċifikament tipproteġi (fl-Artikoli 17 u 80) il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja, kif ukoll ir-riċerka storika u xjentifika.

B’mod ugwali, id-dejta personali tista’ tinżamm għal kemm ikun meħtieġ biex jitwettaq kuntratt jew biex jissodisfaw obbligu legali. Fil-qasir, id-dritt li tintesa mhuwiex assolut.

Id-drittijiet tan-negozji huma protetti wkoll. Jekk id-dejta personali in kwistjoni tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku (pereżempju, impustata fuq l-internet), il-kumpanija trid tagħmel sforz ġenwin biex tiżgura li l-partijiet terzi jafu dwar it-talba biex iħassru d-dejta. Kif jista’ jidher kumpanija mhux se tkun kapaċi teqred kull traċċa li baqa għat-tfittxija tal-indiċijiet u li mhuwiex dak li abbozz ta’ liġi tal-UE qed titlob. Iżda l-kumpaniji għandhom jieħdu kull pass raġonevoli li jiżguraw li partijiet terzi, lil min l-informazzjoni tkun ġiet mgħoddiha, huma infurmati li l-individwu jkun jixtieq li jħassarha. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dan se jinvolvi xejn aktar minn imejl.

Ir-riforma tal-protezzjoni tad-dejta se tagħti karta bajda lill-Kummissjoni għar-regolamentazzjoni?

Is-setgħat eżekuttivi mogħtija lill-Kummissjoni permezz tal-pakkett tar-riforma tal-protezzjoni tad-dejta mhumiex karta bajda. Dawn is-setgħat eżekuttivi se jippermettu biss l-elementi mhux essenzjali tal-leġiżlazzjoni li għad iridu jiġu aġġustati għal żviluppi ġodda, taħt l-iskrutinju tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri. Mingħajr din il-flessibbiltà biex tadatta għall-bidla teknoloġika, il-liġi l-ġdida itkun nevitabbilment preskrittiva żżejjed u inqas miftuħa għall-innovazzjoni. Ir-regoli l-ġodda jiskadu malajr. Bħal dejjem, il-Kummissjoni se tikkonsulta bis-sħiħ mal-partijiet interessati qabel ma tuża l-poteri tagħha.

Il-liġi Ewropea tipprevedi dawn it-tipi ta' poteri eżekuttivi għal raġuni – biex jiġi żgurat li l-elementi tekniċi tar-regoli tagħna jistgħu jiġu adattati malajr għar-realtajiet li qed jinbidlu, mingħajr ma jkollhom jgħaddu minn proċedura leġiżlattiva sħiħa u twila meħtieġa għall-adozzjoni tal-leġislazzjoni l-ġdida.

Dawn ir-regoli l-ġodda se jdgħajjfu l-kooperazzjoni internazzjonali biex tkun miġġielda l-kriminalità?

Skambji tad-dejta bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi mhumiex se jsiru aktar diffiċli. Huma biss dawk il-ftehimiet li jinvolvu skambju ta' informazzjoni personali li huma neqsin mis-salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta xierqa li jeħtieġu li jerġgħu jiġu eżaminati.

X'inhuma l-passi li jmiss?

L-abbozz tal-liġi issa jrid jiġi approvat min-naħa tal-koleġiżlaturi Ewropej: il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri fejn il-Ministri nazzjonali huma rappreżentati. Ir-rapporteurs tal-Parlament Ewropew (il-membri tal-Parlament Ewropew li se jwasslu għar-riforma tal-protezzjoni tad-dejta) ippreparaw abbozz tar-rapporti tagħhom (MEMO/13/4) li issa se jiġu diskussi fil-kumitati parlamentari rilevanti. Vot fil-Parlament Ewropew huwa mistenni sal-aħħar ta’ April.

Il-Presidenza Irlandiża tal-UE li għas-sitt xhur ta’ wara għandha tippresjedi u tmexxi l-laqgħat tal-Kunsill għamlet il-protezzjoni tad-dejta prijorità u qed taħdem ħafna sabiex jintlaħaq ftehim politiku dwar tar-riforma tal-protezzjoni tad-dejta sa tmiem il-Presidenza Irlandiża (Ġunju 2013). Sar progress tajjeb fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ġustizzja Informali fit-18 ta' Jannar (ara SPEECH/13/29)

Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli taħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill biex jappoġġjaw il-Parlament u il-Presidenza Irlandiża tal-UE fil-missjoni tagħhom u tikseb il-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta adottata qabel tmiem din is-sena

Għal aktar tagħrif


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website