Navigation path

Left navigation

Additional tools

Other available languages: EN FR DE NL IT PT EL PL SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

MEMO

Brussell, il-21 ta’ Marzu 2013

Il-pakkett ta’ proċeduri ta’ ksur għax-xahar ta’ Marzu: id-deċiżjonijiet prinċipali

IMPJIEGI

ENERĠIJA

AMBJENT

SUQ INTERN U SERVIZZI

TRASPORT

BE

X

X

BG

X

CY

X

IT

X

MT

X

PL

X

PT

X

X

RO

X

SI

X

Bil-pakkett tagħha ta’dan ix-xahar dwar deċiżjonijiet ta’ ksur, il-Kummissjoni Ewropea qed tieħu azzjoni legali kontra xi Stati Membri minħabba li naqsu milli jikkonformaw b’mod xieraq mal-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-UE. Dawn id-deċiżjonijiet li jkopru diversi setturi għandhom l-għan li jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tal-liġi tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tan-negozji.

Illum, il-Kummissjoni ħadet 101 deċiżjoni, li jinkludu 3 opinjonijiet motivati u 9 tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li minnhom 4 jinkludu penalitajiet finanzjarji. Hawn taħt hawn sommarju tad-deċiżjonijiet prinċipali.

Għal aktar tagħrif dwar il-proċedura ta' ksur, ara MEMO/12/12.

  1. Tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja b’penalitajiet finanzjarji

  1. L-Enerġija Rinnovabbli: Il-Kummissjoni tressaq lill-POLONJA u lil ĊIPRU quddiem il-Qorti minħabba li naqsu milli jittrasponu r-regoli tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea qed tressaq lill-Polonja u lil Ċipru quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba li naqsu milli jittrasponu d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Id-Direttiva għandha l-għan li sal-2020 tiżgura sehem ta’ 20 % ta’ enerġija rinnovabbli fl-UE. Din id-Direttiva kellha tiġi trasposta mill-Istati Membri sal-5 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Polonja, il-Kummissjoni qed tipproponi penalità ta’ € 133 228.80 kuljum. Filwaqt li għal Ċipru, il-Kummissjoni qed tipproponi penalità ta’ € 11 404.80 kuljum. Il-penalitajiet proposti jqisu t-tul ta’ żmien u l-gravità tal-ksur. F’każ ta’ sentenza affermattiva tal-Qorti, il-penalità ta’ kuljum għandha titħallas mid-data tas-sentenza sakemm it-traspożizzjoni tkun lesta. L-ammont finali tal-penalitajiet ta’ kuljum se jiġi deċiż mill-Qorti.

(għal aktar tagħrif:,IP/13/259 – M. Holzner - Tel. +32 229 60196 - Mowbajl +32 498 98 2280)

  1. Is-suq intern tal-enerġija: Il-Kummissjoni tressaq lir-RUMANIJA quddiem il-Qorti minħabba li naqset milli tittrasponi bis-sħiħ ir-regoli tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea qed tressaq lir-Rumanija quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba li naqset milli tittrasponi bis-sħiħ ir-regoli tas-suq intern tal-enerġija tal-UE. Sal-lum, ir-Rumanija ttrasponiet biss b’mod parzjali d-Direttivi dwar l-Elettriku u l-Gass. Madankollu, l-Istati Membri kellhom jittrasponu bis-sħiħ dawn id-Direttivi sat-3 ta’ Marzu 2011.

Għal kull Direttiva trasposta b’mod parzjali, il-Kummissjoni qed tipproponi penalità ta’ € 30 228.48 kuljum. Il-livell ta' dan il-penalità huwa stabbilit billi jitqiesu t-tul ta’ żmien u l-gravità tal-ksur. F’każ ta’ sentenza affermattiva tal-Qorti, il-penalità ta’ kuljum għandha titħallas mid-data tas-sentenza sakemm it-traspożizzjoni tkun lesta. L-ammont finali tal-penalitajiet ta’ kuljum se jiġi deċiż mill-Qorti.

(għal aktar tagħrif: IP/13/260 – M. Holzner - Tel. +32 229 60196 - Mowbajl +32 498 98 2280)

  1. Tressiq ieħor quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

  1. L-ambjent: Il-Kummissjoni tressaq lill-BELĠJU quddiem il-Qorti minħabba ilma urban mormi mhux trattat

Il-Kummissjoni Ewropea hija mħassba li l-Belġju qed jonqos milli jħares liċ-ċittadini tiegħu mill-effetti tal-ilma urban mormi mhux trattat. Minkejja t-tfakkiriet preċedenti mill-Kummissjoni, għadd ta’ bliet fil-Belġju għadhom qed jonqsu milli jikkonformaw man-normi Ewropej. Ir-rimi ta’ ilma urban mormi mhux trattat huwa theddida għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Bi sforz biex tħeġġeġ il-Belġju biex iħaffef l-azzjonijiet tiegħu f’dan il-qasam, il-Kummissjoni se tressaq lill-Belġju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissarju għall-Ambjent Janez Potočnik.

(għal aktar tagħrif: IP/13/251 – J. Hennon - Tel. +32 229 53593 - Mowbajl +32 498 95 3593)

  1. It-trasport fuq l-art ta’ oġġetti perikolużi: Il-Kummissjoni tressaq lill-BELĠJU quddiem il-Qorti minħabba li naqas milli jaġġorna l-leġiżlazzjoni nazzjonali

Illum, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tressaq lill-Belġju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba li naqas milli jadotta l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi.

(għal aktar tagħrif: IP/13/256 – H. Kearns - Tel. +32 229 87638 - Mowbajl +32 498 98 7638)

  1. L-ambjent: Il-Kummissjoni tressaq lill-ITALJA quddiem il-Qorti minħabba trattament mhux adegwat ta’ skart mormi f’miżbliet fil-Lazio

Il-Kummissjoni Ewropea qed tressaq lill-Italja quddiem il-Qorti minħabba li naqset milli tikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart. Minħabba interpretazzjoni ristretta tal-liġi mill-awtoritajiet Taljani dwar dak li jikkostitwixxi trattament adegwat tal-iskart, il-miżbla Malagrotta f’Ruma u miżbliet oħra fir-reġjun tal-Lazio qed jimtlew bi skart li ma għaddiex mit-trattament meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-miżbliet li qed joperaw bi ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart jikkostitwixxu theddida serja għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissarju għall-Ambjent Janez Potočnik, il-Kummissjoni qed tressaq lill-Italja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

(għal aktar tagħrif: IP/13/250 – J. Hennon - Tel. +32 229 53593 - Mowbajl +32 498 95 3593)

  1. Sigurtà Soċjali: Il-Kummissjoni tressaq lil MALTA quddiem il-Qorti minħabba li naqqset il-pensjonijiet tal-irtirar ta’ nies li jirċievu pensjonijiet tas-servizz pubbliku minn Stati Membri oħra

Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tressaq lil Malta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE minħabba li naqqset il-pensjonijiet tal-irtirar ta’ Malta jekk il-benefiċjarju jirċievi pensjoni minn Stat Membru ieħor bħala riżultat li jkun ħadem fis-servizz pubbliku ta’ dak l-Istat.

(għal aktar tagħrif: IP/13/249 – J. Todd - Tel. +32 229 94107 - Mowbajl +32 498 99 4107)

  1. It-trasport bl-ajru: Il-Kummissjoni tressaq lill-PORTUGALL quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minħabba servizzi ta’ groundhandling fl-ajruporti ta’ Lisbona, Porto u Faro

Illum, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tressaq lill-Portugall quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba l-applikazzjoni mhux korretta tar-regoli dwar il-groundhandling tal-ajruport. Ir-regoli dwar l-immaniġġjar tal-bagalji, l-immaniġġjar tar-rampa u l-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta mhux qed jiġu rispettati fl-ajruporti ta’ Lisbona, Porto u Faro. Il-Kummissjoni hija mħassba li dan jirriżulta f’kundizzjonijiet mhux ugwali bejn il-groundhandlers potenzjali u fi spejjeż addizzjonali u servizz ta’ kwalità aktar baxxa għal-linji tal-ajru u l-passiġġieri.

(għal aktar tagħrif: IP/13/255 – H. Kearns - Tel. +32 229 87638 - Mowbajl +32 498 98 7638)

  1. Opinjonijiet motivati

  1. Il-Moviment liberu tal-kapital: Il-Kummissjoni titlob lill-BULGARIJA biex tirrispetta r-regoli tal-UE

Illum, il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Bulgarija biex tirrispetta r-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu tal-kapital (l-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE). L-Att dwar il-Kontroll tal-Privatizzazzjoni u l-Post-Privatizzazzjoni fil-Bulgarija jintroduċi drittijiet speċjali għall-Istat tal-Bulgarija li jistgħu jillimitaw il-moviment liberu tal-kapital. Skont dan l-Att, anke meta wieħed mill-azzjonisti tal-kumpanija jikser l-obbligi tiegħu taħt kuntratt ta’ privatizzazzjoni, id-drittijiet speċjali jippermettu lill-Istat tal-Bulgarija li jimponi ipoteki u miżuri oħra ta' sigurtà mhux biss fuq il-proprjetà ta’ dak l-azzjonist, iżda wkoll fuq il-proprjetà tal-kumpanija privatizzata. Jekk il-Bulgarija ma tneħħix dawn id-drittijiet speċjali, dan jista' jkun ta' deterrent għall-investiment tal-UE li diġà jeżisti fil-Bulgarija u jkun ta' diżinċentiv għal oħrajn milli jinvestu fil-futur. Peress li l-Bulgarija għadha ma ħassritx dawn ir-restrizzjonijiet, il-Kummissjoni titlob lill-Bulgarija, f'forma ta' opinjoni motivata, biex tieħu azzjoni sabiex tikkonforma bis-sħiħ mar-regoli tal-UE. Jekk l-awtoritajiet Bulgari ma jibagħtu l-ebda tweġiba sodisfaċenti fi żmien xahrejn, il-Kummissjoni tista' tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE

(għal aktar tagħrif: C. Hughes - Tel. +32 229 64450 - Mowbajl +32 498 96 4450)

  1. Akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża: Il-Kummissjoni titlob lill-PORTUGALL biex japplika r-regoli tal-UE

Illum, il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Portugall jimplimenta bis-sħiħ id-Direttiva dwar l-akkwist ta' armi, munizzjoni u materjal tal-gwerra (u xogħlijiet u servizzi relatati) għal skopijiet ta' difiża, kif ukoll l-akkwist ta’ provvisti, xogħlijiet u servizzi sensittivi għal skopijiet ta’ sigurtà. Id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku fil-Qasam tad-Difiża (Direttiva 2009/81/KE) kellha tiġi implimentata fl-Istati Membri kollha sal-21 ta’ Awwissu 2011. Madankollu, il-Portugall implimenta parti biss tad-dispożizzjonijiet meħtieġa. It-talba tal-Kummissjoni qed issir f’forma ta' opinjoni motivata skont il-proċeduri ta' ksur tal-UE. Jekk fi żmien xahrejn ma tiġi notifikata l-ebda miżura biex jitwaqqaf il-ksur tal-liġi tal-UE, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tressaq lill-Portugall quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Għal aktar tagħrif: http://ec.europa.eu/internal_market/publicprocurement/infringements/cases/index_en.htm.

(għal aktar tagħrif: C. Hughes - Tel. +32 229 64450 - Mowbajl +32 498 96 4450)

  1. L-ambjent: Il-Kummissjoni tħeġġeġ lis-SLOVENJA biex tikkonforma mal-liġi tal-UE dwar l-immaniġġjar tal-iskart f’Kidričevo

Il-Kummissjoni Ewropea qed tħeġġeġ lis-Slovenja biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart u tnaddaf kwantità kbira ta’ tajers ta’ skart li jinsabu f'fossa taż-żrar f’Lovrenc pri Dravskem polju fil-muniċipalità ta’ Kidričevo. Ir-rimi ta’ tajers ta’ skart f’miżbliet huwa pprojbit fl-UE, b’mod partikolari minħabba l-fjammabbiltà għolja tagħhom, u l-immaniġġjar tal-iskart irid jitwettaq mingħajr ma jiġu pperikolati s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u mingħajr riskju għall-ilma, l-arja, il-ħamrija, il-pjanti jew l-annimali. Il-fossa taż-żrar inkwistjoni għandha 107,060 m3 ta’ tajers ta’ skart sħaħ jew maqtugħin f’biċċiet, u fil-post diġà qabdu żewġ nirien kbar, filwaqt li fil-viċinanzi tal-fossa taż-żrar hemm waħda mill-akbar riżervi tal-ilma tajjeb għax-xorb fil-pajjiż. Fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissarju għall-Ambjent Janez Potočnik, il-Kummissjoni qed tibgħat opinjoni motivata (it-tieni pass fil-proċeduri ta' ksur tal-UE). Jekk is-Slovenja tonqos milli taġixxi fi żmien xahrejn, il-Kummissjoni tista' tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

(għal aktar tagħrif: J. Hennon - Tel. +32 229 53593 - Mowbajl +32 498 95 3593)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website