Navigation path

Left navigation

Additional tools

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

MEMO

Brussell, 7 Settembru 2012

Agħmel mistoqsija lill-President Barroso dwar l-Qagħda tal-Unjoni - jirrispondik f'intervista live fid-19 ta' Settembru

Fejn ninsabu u kif l-Unjoni Ewropea se toħroġ mill-kriżi ekonomika? Dawn huma tnejn mill-mistoqsijiet li l-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, se jkun qed jittratta meta jagħmel id-Diskors dwar il-Qagħda tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu fit-12 ta' Settembru fid-09.00 ĦEĊ (Ħin tal-Ewropa Ċentrali).

Il-President Barroso se jivvaluta b'mod sinċier u ċar is-sitwazzjoni li qed tiffaċċja l-Ewropa u kif jaħseb li l-Ewropa għandha tavvanza 'l quddiem fis-snin li ġejjin. Tista' ssegwi d-diskors tiegħu live fuq http://ec.europa.eu/avservices/ebs/schedule.cfm

Fl-istess waqt, il-President Barroso se jikteb lill-President tal-Parlament Ewropew biex jippreżenta l-proposti ta' politika li l-Kummissjoni Ewropea se ssegwi fix-xhur li ġejjin.

Fid-19 ta' Settembru fis-19 ĦEĊ, il-President Barroso se jirrispondi għall-mistoqsijiet tal-pubbliku dwar il-Qagħda tal-Unjoni f'intervista live minn Euronews, bl-użu tat-teknoloġija awdjoviżiva ta' Google+ Hangout

Bejn is-7 ta' Settembru u t-18 ta' Settembru f'nofsinhar ĦEĊ, il-pubbliku huwa mistieden jibgħatlu mistoqisjiet bil-kitba jew b'filmat. Il-mistoqsijiet jistgħu jinbagħtu - u jiġu vvutati - permezz ta' EUtube, l-istazzjoni YouTube tal-Kummissjoni Ewropea. Minn fost il-mistoqsjiet b'filmat l-iktar ivvutati, Euronews se jagħżel għadd ta' parteċipanti biex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lill-President wiċċ imb'wiċċ, live permezz ta' Google+ Hangout.

L-intervista se tixxandar live fuq in-netwerk u l-websajt ta' Euronews, fuq EUtube, fuq il-paġna Google+ tal-Kummissjoni, fuq Europe by Satellite u fuq il-websajt tal-President. L-intervista fuq EUtube se tkun tista' tiġi inkorporata bla ħlas fuq kwalunkwe websajt.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website