Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Mistoqsijiet Frekwenti: Il-Programm Erasmus

Commission Européenne - MEMO/12/54   30/01/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

MEMO/12/54

Brussell, 30 ta’ Jannar 2012

Mistoqsijiet Frekwenti: Il-Programm Erasmus

(IP/12/83)

1. X'inhu "perjodu ta' studju" Erasmus u min jiddeċiedi x'se jkun il-kontenut tiegħu?

Perjodu ta' studju Erasmus idum minn 3 sa 12-il xahar u huwa parti integrali tal-kors ta' studju tal-istudenti fl-università jew istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja oħra tagħhom. Irid jingħata rikonoxximent akkademiku sħiħ tal-perjodu ta' studju kkompletat b'mod sodisfaċenti barra l-pajjiż, kif stipulat fil-"ftehim ta' tagħlim", li jkun iffirmat mill-istudent, mill-istituzzjoni tiegħu u mill-istituzzjoni ospitanti. Il-ftehim tat-tagħlim huwa speċi ta' kuntratt li jrid jitlesta qabel ma jibda l-perjodu ta' studju. Fih ikun hemm iddikjarat preċiżament x'moduli se jkun qed jistudja l-istudent. Fi tmiem il-perjodu ta' studju barra l-pajjiż, l-istituzzjoni ospitanti tipprovdi wkoll rapport, fejn ikun hemm irreġistrati r-riżultati miksuba fil-programm maqbul ta' studju barra l-pajjiż, lill-istudent Erasmus kif ukoll lill-istituzzjoni tiegħu.

L-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja l-oħra li jieħdu sehem fil-program Erasmus irid ikollhom Karta tal-Università Erasmus u jkunu rikonoxxuti mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż fejn jinsabu. Il-Karta tal-Università Erasmus għandha l-mira li tiggarantixxi l-kwalità tal-programm billi tiffissa l-impenji u l-prinċipji fundamentali li jridu jiġu rispettati mill-istituzzjonijiet ikkonċernati.

L-istudenti rreġistrati f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja li jippossjedu Karta tal-Università Erasmus "estiża" jistgħu jibbenefikaw ukoll minn perjodu f'impjieg (apprendistat) f'intrapriża jew f'organizzazzjoni barra l-pajjiż. Irid jingħata rikonoxximent sħiħ mill-istituzzjoni tal-istudent għall-perjodu li qatta' barra l-pajjiż, abbażi ta' "ftehim ta' taħriġ" approvat mill-partijiet kollha qabel ma jibda l-perjodu tal-mobilità.

2. Kif tapplika għal għotja ta' mobilità għall-istudenti Erasmus?

Biex student jipparteċipa fl-iskema ta' skambju tal-istudenti Erasmus, irid jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • ikun miktub fi programm formali ta' studju f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja parteċipanti li jwassal għal grad jew diploma (inkluż fil-livell dottorali) f'wieħed mit-33 pajjiż parteċipanti (UE 27 + il-Kroazja, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija)

  • ikun lesta b'suċċess tal-inqas l-ewwel sena tal-istudji ta' edukazzjoni għolja tiegħu (din il-kundizzjoni ma tapplikax għax-xogħol ta' apprendistat).

Il-maġġoranza vasta tal-universitajiet tal-UE u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja l-oħra jipparteċipaw fil-programm Erasmus. L-uffiċċju tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-uffiċċju Erasmus tal-istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja huwa l-ewwel punt ta' kuntatt għall-informazzjoni dwar kif tinkiseb għotja Erasmus. Huwa jista' jipprovdi l-informazzjoni dwar l-iskambji Erasmus li l-istituzzjoni tkun involuta fihom.

3. Kemm-il student ibbenefika mill-programm Erasmus?

L-għadd tal-iskambji tal-istudenti permezz tal-programm Erasmus kiber kostantement mit-tnedija tiegħu fl-1987 u huwa mistenni li l-għadd totali ta' benefiċjarji jilħaq it-3 miljuni matul is-sena akkademika 2012/2013.

Progress lejn l-ilħuq tal-mira ta' mobilità ta' 3 miljun student

Tqassim tal-istudenti li marru jew jistudjaw jew jagħmlu xi apprendistat f'xi kumpanija barra l-pajjiż fl-2009-2010

4. Kemm jieħdu bħala għotja l-istudenti Erasmus?

L-għotja Erasmus medja fix-xahar fis-sena akkademika 2009/10 kienet ta' €254. Id-domanda taqbeż sew id-disponibilità ta' għotjiet fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi. Iktar minn 213 000 student irċevew għotjiet ta' studju Erasmus jew ibbenefikaw minn xogħol ta' apprendistat barra l-pajjiż fl-2009/10 – żieda ta' 7.4% (rekord ġdid) meta mqabbel mas-sena ta' qabel.

L-għotjiet huma allokati lill-istudenti wara li jgħaddu minn proċess ta' għażla fl-istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja tagħhom u wara li jiġu aċċettati mill-istituzzjoni jew kumpanija ospitanti (għall-apprendistati). L-istituzzjoni li tospita lill-istudenti ma titlobhomx ħlasijiet għat-tagħlim u dan huwa prinċipju fundamentali tal-Erasmus.

L-ammont tal-għotja jvarja minn pajjiż għall-ieħor u mhux maħsub li jkopri l-ispejjeż kollha tal-istudent. Fil-fatt, il-ħsieb warajha hu li tagħmel tajjeb għad-differenza fl-għoli tal-ħajja fil-pajjiż l-ieħor.

Il-Kummissjoni Ewropea tiffissa limitu massimu għall-għotja fix-xahar għal kull pajjiż destinatarju; id-deċiżjoni dwar kemm għandha tkun l-għotja hija f'idejn l-aġenziji nazzjonali li jimplimentaw l-Erasmus u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja. Il-parti l-kbira minnhom jipprovaw jimmassimizzaw l-għadd ta' benefiċjarji (studenti u persunal), għalkemm xi wħud jippreferu jħallsu għotja ogħla lil għadd iżgħar ta' benefiċjarji. L-aġenziji nazzjonali u l-istituzzjonijiet li jibagħtu l-istudenti jistgħu, pereżempju, iqisu l-isfond soċjoekonomiku tal-istudent u d-distanza bejn l-istituzzjoni tiegħu u l-istituzzjoni ospitanti. L-għotja Erasmus tista' tkun ikkombinata mal-fondi addizzjonali pprovduti mill-università, l-Istati Membri, ir-reġjuni jew entitajiet pubbliċi jew privati oħrajn. Għadd dejjem jikber ta' kumpaniji privati jipproponu għotjiet ta' mobilità u iktar u iktar studenti issa għandhom aċċess għal self lill-istudenti minn bank.

5. Huwa minnu li l-Erasmus jappoġġja wkoll il-mobilità tal-persunal u l-korsijiet tal-lingwa?

Iva. L-hekk imsejħa "azzjonijiet deċentralizzati" għall-promozzjoni tal-mobilità individwali, immexxija mill-aġenziji nazzjonali fit-33 pajjiż parteċipanti, inkluża l-mobilità tal-persunal Erasmus għat-tagħlim u t-taħriġ, il-Programmi Intensivi Erasmus u il-Korsijiet tal-Lingwa Intensivi Erasmus.

Mobilità tal-persunal permezz ta' Erasmus

L-inkarigi ta' tagħlim jippermettu lill-għalliema iqattgħu perjodu ta' tagħlim barra l-pajjiż. Dan jista' jdum minn jum (tal-inqas 5 sigħat ta' tagħlim) sa 6 ġimgħat f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja f'pajjiż ieħor. L-għan huwa li tiġi promossa l-eċċellenza fil-kooperazzjoni internazzjonali u fit-tagħlim bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja. Il-mobilità tal-persunal tammonta għal 8% tal-baġit totali tal-Erasmus. Fis-sena akkademika 2009/10, l-Erasmus iffinanzja 29 031 inkarigu ta' tagħlim u 8 745 sessjoni ta' taħriġ. It-taħriġ tal-persunal huwa disponibbli wkoll għall-persunal li ma jgħallmux.

Tkabbir fl-għadd ta' mobilità tal-persunal mill-2007/08 sal-2009/10

Programmi Intensivi Erasmus u Korsijiet Intensivi tal-Lingwa

Programm intensiv huwa programm ta' studju qasir li jiġbor flimkien lill-istudenti u lill-għalliema mill-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja f'tal-inqas tliet pajjiżi parteċipanti.

Dan jista' jdum minn 10 ijiem sħaħ kontinwi sa 6 ġimgħat ta' xogħol relatat mas-suġġett. L-għan hu li jitħeġġeġ it-tagħlim ta' suġġetti illi kieku ma jiġux mgħallma fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja individwali, u biex l-istudenti u l-għalliema jkunu jistgħu jaħdmu flimkien fi gruppi multinazzjonali. Il-fatturi ewlenin tal-Programmi Intensivi Erasmus huma approċċi innovattivi interdixxiplinari u multidixxiplinari. 12 606 student u 4 378 għalliem ħadu sehem fi 384 programm intensiv fl-2009/10.

Korsijiet Intensivi tal-Lingwa Erasmus L-inizjattiva tappoġġja l-korsijiet speċjalizzati f'lingwi inqas użati u inqas mgħallma. Dawn huma organizzati fil-pajjiżi fejn dawn il-lingwi jintużaw bħala lingwi tat-tagħlim f'istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. L-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż u l-Ispanjol (il-Kastiljan) mhumiex eliġibbli għal Korsijiet Intensivi tal-Lingwa Erasmus. L-għan tal-korsijiet huwa li jħejji lingwistikament u kulturalment lill-istudenti Erasmus tal-futur fil-pajjiż ospitanti għall-perjodu ta' mobilità. 5 386 student ħadu sehem fi 361 kors intensiv tal-lingwa Erasmus fl-2009/10.

Azzjonijiet oħra

"Azzjonijiet ċentralizzati" bħal netwerks, proġetti multilaterali u miżuri ta' akkumpanjament huma ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva Kulturali, Awdjoviżiva u Edukattiva tal-UE. Dawn iservu biex jiżviluppaw attivitajiet speċifiċi fost istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja u partijiet interessati oħra (bħan-negozji) għall-immodernizzar ta' aspetti differenti tal-edukazzjoni għolja u jimplimentaw kif ukoll joffru l-politiki f'dan is-settur.

Fokus ta' proġetti ffinanzjati ta' kooperazzjoni universitarja Erasmus mill-2007 sal-2010

Prijoritajiet politiċi għall-edukazzjoni għolja minn proġetti ta' kooperazzjoni Erasmus mill-2007 sal-2010

6. X'inhu r-rwol tal-Istati Membri fl-Erasmus?

L-Istati Membri tal-UE huma involuti f'livelli varji. L-ewwel nett, kull Stat Membru jibgħat lir-rappreżentanti Ministerjali nazzjonali tiegħu lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex jadotta l-liġijiet u jikkoordina l-politiki li jinkludu l-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, li l-Erasmus jagħmel parti minnu. Il-baġit għall-Erasmus jiġi deċiż konġuntament mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew għal perjodu ta' seba' snin. Il-finanzjament għall-Erasmus bħalissa huwa ta' madwar €450 miljun fis-sena. It-tieni, l-awtoritajiet nazzjonali jikkofinanzjaw l-ispejjeż tal-amministrazzjoni tal-aġenzija nazzjonali tagħhom filwaqt li jissorveljaw ukoll l-implimentazzjoni tal-Erasmus f'pajjiżhom. Il-Kummissjoni Ewropea hija megħjuna mill-implimentazzjoni tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja mill-Kumitat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, li huwa magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri. Fl-aħħar nett, l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja għandhom ikunu rikonoxxuti mill-awtoritajiet nazzjonali biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għall-Karta ta' Università Erasmus sabiex jieħdu sehem fil-programm Erasmus.

7. X'inhu l-Erasmus għal Kulħadd?

Erasmus għal Kulħadd huwa programm propost mill-Kummissjoni Ewropea għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Huwa għandu jibda fl-2014 u għandu jżid b'mod sinifikanti l-fondi allokati għall-iżvilupp tal-għarfien u l-ħiliet. Erasmus għal Kulħadd huwa bbażat fuq il-premessa li l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ huwa l-muftieħ li jillibera l-potenzjal tan-nies biex iżidu l-iżvilupp personali, jiksbu ħiliet ġodda u jtejbu l-prospetti okkupazzjonali tagħhom.

Erasmus għal Kulħadd se jkollu struttura ssemplifikata li għandha ttejjeb l-effettività, li jfisser aktar għotjiet għal studenti, apprendisti, għalliema u oħrajn. L-opportunitajiet għall-mobilità u l-kooperazzjoni se jkunu msaħħa b'mod sinifikanti bil-programm il-ġdid: b'mod partikolari, se jkun hemm iktar finanzjament disponibbli għall-opportunitajiet barra l-pajjiż għal studju, taħriġ, tagħlim u volontarjat għal studenti ta' edukazzjoni għolja jew vokazzjonali, apprendisti, għalliema, ħarrieġa u ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ. Se jkun hemm ukoll aktar opportunitajiet għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ biex jidħlu fi sħubijiet sabiex jiskambjaw prattika tajba u għan-negozji biex jippromwovu l-innovazzjoni u l-impjegabilità, kif ukoll appoġġ akbar għall-pjattaformi tal-IT, bħall-e-twinning, biex ikun hemm konnessjoni bejn l-iskejjel u fornituri tat-tagħlim oħrajn permezz tal-internet.

8. X'għandu differenti Erasmus għal Kulħadd mill-programmi li hemm issa?

L-għan ewlieni se jibqa’ l-istess – li jittejbu l-iżvilupp u l-ħiliet tan-nies – u fl-aħħar mill-aħħar l-impjegabilità tagħhom, kif ukoll li jiġi appoġġat il-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Erasmus għal Kulħadd se jissostitwixxi seba' programmi eżistenti: huwa jiġbor flimkien il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja eżistenti (Erasmus, Leonardo da Vinci, Comenius u Grundtvig), Żgħażagħ fl-Azzjoni, u ħames programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali (Erasmus Mundus, Tempus, Alfa, Edulink u l-programm għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati).

L-għanijiet ewlenin tal-programmi eżistenti se jissoktaw (jiġifieri l-mobilità għat-tagħlim, il-proġetti ta’ kooperazzjoni u l-appoġġ għar-riforma tal-politika), iżda l-azzjonijiet se jissaħħu fejn l-impatt sistemiku hu l-aktar b'saħħtu u fejn hemm valur miżjud ċar għall-UE. Hemm ukoll għadd ta’ proposti innovattivi ġodda, bħall-iskema tal-garanzija ta' self għall-istudenti tal-Erasmus fil-livell tal-Master's, l-alleanzi tal-għarfien u l-alleanzi tal-ħiliet għas-settur. Programm wieħed se jirriżulta f'regoli u proċeduri ta' applikazzjoni iktar sempliċi, kif ukoll l-evitar tal-frammentazzjoni u d-duplikazzjoni. (Ara IP/11/1398).

Mill-2007 'l hawn, medja ta' 400 000 persuna kull sena rċevew għotjiet tal-UE biex jistudjaw, jitħarrġu u jagħmlu volontarjat barra minn pajjiżhom. Permezz tal-proposta tal-Kummissjoni, din iċ-ċifra kważi se tirdoppja.

Din il-proposta ta' Erasmus għal Kulħadd issa qed tiġi diskussa mill-Kunsill (27 Stat Membru) u l-Parlament Ewropew li se jieħdu d-deċiżjoni finali dwar il-qafas baġitarju għall-2014-2020.

9. Min jibbenefika mill-Programm Erasmus?

Grupp fil-mira

Għanijiet

Baġit 2009/10

Sehem mill-baġit 2009/10

Għadd ta' benefiċjarji
2009/10

Baġit* 2012

Għadd ta' benefiċjarji*
2012/2013

Studenti fl-edukazzjoni għolja

Studenti li jiksbu għarfien ġdid u li jiżviluppaw kompetenzi trasferibbli ewlenin permezz ta' studju jew apprendistati barra l-pajjiż;

Studenti mħejjija sew għall-bżonnijiet futuri tas-suq tax-xogħol;

Ħiliet tal-lingwa u komprensjoni kulturali mtejba

330m

77%

213 000 student

(madwar 20% għamlu apprendistati barra pajjiżhom)

450m

280 000 student


(30% jagħmlu apprendistati barra pajjiżhom)

Għalliema tal-edukazzjoni għolja

Titjib fil-kwalità tat-tagħlim permezz ta' skambju tal-aqwa prassi u approċċi ta' tagħlim innovattivi permezz ta' żjarat qosra għat-tagħlim u t-taħriġ barra l-pajjiż.

21m

5%

30 500 permanenza barra l-pajjiż għall-għalliema

28m

40 000 permanenza barra l-pajjiż għall-għalliema

Persunal tal-edukazzjoni għolja li ma jgħallimx

Promozzjoni ta' kooperazzjoni internazzjonali bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja permezz ta' żjarat qosra ta' taħriġ.

5m

1%

7 000 permanenza barra l-pajjiż għall-persunal li ma jgħallimx

7m

9 500 permanenza barra l-pajjiż għall-persunal li ma jgħallimx

Istituzzjonijiet b'edukazzjoni għolja

Tisħiħ tal-modernizzazzjoni u l-attrattività tagħhom;

Promozzjoni ta' mobilità u kooperazzjoni internazzjonali u akkademika;

Kurrikuli tal-edukazzjoni u t-taħriġ miġjuba konformi mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol;

Ħolqien ta' opportunitajiet għal tagħlim konġunt dwar suġġetti speċifiċi.

70m*

16%*

3000 instituzzjoni

90m

M/A

Entitajiet pubbliċi, għaqdiet u partijiet interessati oħra

Jitħeġġu jikkontribwixxu għall-immodernizzar tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja permezz ta' proġetti ta' kooperazzjoni u inizjattivi bħal komunikazzjoni, stħarriġiet, riċerka.

3m*

1%*

M/A

4.5m

M/A

Is-Settur Privat

Żieda fil-kompetittività tal-intrapriżi permezz ta' skambju ta' għarfien, inkluż it-tagħlim fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja;

Tisħiħ tal-ħiliet professjonali u l-impjegabilità tal-apprendisti;

Involviment ta' min iħaddem u l-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol fit-tfassil u t-twassil ta' programmi innovattivi.

1m*

<1%*

27 000 intrapriża / organizzazzjoni ospitanti

1.5m

M/A

* Ċifri stmati

10. Fejn tista' ssib statistika dwar il-Programm Erasmus

L-istatistika dwar il-programm Erasmus tinsab fuq il-websajt li ġejja jew fil-fuljett "Erasmus – fatti, ċifri u tendenzi – L-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għall-iskambju ta' studenti u persunal u l-kooperazzjoni universitarja fl-2009/2010":

Statistika: http://ec.europa.eu/education/erasmus/doc920_en.htm

Fuljett: http://ec.europa.eu/education/pub/pdf/higher/erasmus0910_en.pdf

Anness 1

L-Ambaxxaturi tal-Erasmus:

"L-ambaxxaturi tal-Erasmus" intgħażlu fit-33 pajjiż parteċipanti fl-iskema. Student u membru tal-persunal intgħażlu biex jirrappreżentaw kull pajjiż, abbażi tal-impatt li kellu l-Erasmus fuq il-ħajjiet privati u professjonali tagħhom; ir-rwol tagħhom hu li jħeġġu lill-istudenti u lill-membri tal-persunal l-oħra biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li joffrilhom.

Country

Student Ambassador

Staff Ambassador

BE

Marc GOFFART
from University of Ghent
in 1990 (3 months)
to Free University of Amsterdam (Netherlands)

Hugo MARQUANT
Head of International Office and Erasmus Coordinator (1986-2003)
Léonard de Vinci University College

BG

Boryana KLINKOVA
from Burgas Free University
in 2001 (3 months)
to Chemnitz University of Technology (Germany)

Rumyana TODOROVA
Vice-Rector for International Relations
University of Shumen

CZ

Tomas VITVAR
from Czech Technical University in Prague
in 2000 (6 months)
to Cork Institute of Technology (Ireland)

Milada HLAVÁČKOVÁ
Erasmus department coordinator since 1998/99
VŠB – Technical University of Ostrava

DK

Nina SIIG SIMONSEN
from Roskilde University
in 2009 (4 months)
to Mykolas Romeris University (Lithuania)

Connie VÆVER
Lecturer
VIA University College (TEKO Design)

DE

Katja KROHN
from University of Greifswald
in 2007 (5 months)
to University of Oviedo (Spain)

Christiane BIEHL
LLP/Erasmus institutional coordinator since 1997
University of Cologne

EE

Helen MARGUS
from Tallinn University
in 2005 (5 months)
to University of Ioannina (Greece)

Sirje VIRKUS
Lecturer and Erasmus departmental coordinator
Tallinn University

IE

Jessica GOUGH
from University of Limerick
in 2009 (5 months)
to Autonomous University of Barcelona (Spain)

Miriam BRODERICK
Head of Department of Languages and Cultural Studies
Dublin Institute of Technology

EL

Maria KALIAMBOU
from Aristotle University of Thessaloniki
in 1995 (6 months)
to Ludwig-Maximilians-University of Munich (Germany)

Katerina GALANAKI-SPILIOTOPOULOS
Head of International Relations / LLP/Erasmus ECTS institutional coordinator
Athens University of Economics and Business

ES

Tomás SÁNCHEZ LÓPEZ
from Polytechnic University of Valencia
in 2002 (1 year)
to Helsinki Metropolia University of Applied Sciences (Finland)

Fidel CORCUERA MANSO
Vice-Rector of International relations
University of Zaragoza

FR

Julien PEA
from University of Franche-Comté
2003 (9 months)
to University of Birmingham (UK)

Nathalie BRAHIMI
Lecturer
Lycée Ozenne

IT

Maurizio OLIVIERO
from University of Perugia
in 1988 (9 months)
to University of Alicante (Spain)

Ann Katherine ISAACS
Lecturer
University of Pisa

CY

Stavroulla ANTONIOU
from University of Cyprus
in 2004 (6 months)
to Roma Tre University (Italy)

Maria HADJIMATHEOU
LLP/Erasmus institutional coordinator
University of Cyprus

LV

Madara APSALONE
from University of Latvia
in 2006 (5 months)
to Copenhagen Business School (Denmark)

Aleksejs NAUMOVS
Rector
Art Academy of Latvia

LT

Tadas ZUKAS
from Mykolas Romeris University
in 2001 (6 months)
to Christian Albrechts University of Kiel (Germany)

Vilma LEONAVICIENE
Lecturer
Vilnius Pedagogical University

LU

Matthieu CISOWSKI
from Paris IV – Sorbonne
in 2000
to Bremen University (Germany)

Lucien KERGER
Vice-President
University of Luxembourg

HU

Piroska BAKOS
from University of Pécs
in 1998
to European University Viadrina Frankfurt Oder (Germany)

Mária DUDÁS
Lecturer and institutional coordinator
Óbuda University

MT

David FRIGGIERI
from University of Malta
in 2000 (7 months)
to University of Rennes I (France)

John SCHRANZ
Lecturer
University of Malta

NL

Désirée MAJOOR
from Utrecht University
in 1987 (6 months)
to Bologna University (Italy)

Bram PEPER
Lecturer
Erasmus University Rotterdam

AT

René KREMSER
from Vorarlberg University of Applied Sciences
in 2005 (5 months)
to VAMK University of Applied Sciences (Finland)

Elena LUPTAK
Docent and Erasmus departmental coordinator
Konservatorium Wien University

PL

Diana DMUCHOWSKA
from Medical University of Bialystok
in 2005 (1 year)
to University of Duisburg-Essen (Germany)

Ryszard ZAMORSKI
Vice-Dean
Bydgoszcz University of Technology and Life Sciences

PT

Filipe ARAÚJO
from Catholic University of Portugal
in 1999 (10 months)
to LUMSA University (Italy)

José MARAT-MENDES
Lecturer
New University of Lisbon

RO

Laura Adelina POPA
from Academy of Economic Studies Bucharest
in 2008 (10 months)
to Istanbul University

Ion VISA
Rector
Transilvania University of Brasov

SI

Jure KUMLJANC
from Faculty of Tourism Studies Portorož
in 2007 (6 months)
to University College Birmingham (UK)

Vesna RIJAVEC
Lecturer
University of Maribor

SK

Jana VITVAROVÁ
from University of Žilina
in 2000 (5 months)
to National Institute of Telecommunications, Evry (France)

Jozef RISTVEJ
Vice-Dean for Development and International Relations
University of Žilina

FI

Elina YLIPELKONEN
from Seinäjoki University of Applied Sciences
in 2006
to Protestant University of Applied Sciences Berlin (Germany)

Paula PIETILÄ
Disability Coordinator
University of Turku

SE

Karl-Fredrik AHLMARK
from University of Gothenburg
in 2008 (6 months)
to Loughborough University (UK)

Hans ÅHL
Swedish and Swedish as a second language
Erasmus Intensive Language Course coordinator
Mid Sweden University

UK

Kate SAMWAYS
from Cardiff University
in 2008 (10 months)
to IT Institute for the Disabled in Aveyron (France) and Ca' Foscari University Venice (Italy)

Julia KENNEDY
Erasmus institutional coordinator
Robert Gordon University

HR

Jelena SIMIĆ
from University of Rijeka
in 2010 (4 months)
to University of Wrocław (Poland)

Katica ŠIMUNOVIĆ
Erasmus Faculty coordinator
Josip Juraj Strossmayer University of Osijek

TR

Begum YURDAKOK
from Ankara University
in 2004 (9 months study exchange) and in 2008 (10 months training exchange)
to University of Bologna (Italy) and Karolinska Institut Stockholm (Sweden)

Mr. Mustafa ÇOBAN
Lecturer
Akdeniz University Vocational High School of Health Services

IS

Ásgerður KJARTANSDÓTTIR
from University of Iceland
in 1997 (5 months)
to Umeå University (Sweden)

Guðmundur HÁLFDANARSON
Lecturer
University of Iceland

LI

Gerold BÜCHEL
from University of Liechtenstein
in 2001 (6 months)
to Catholic University of Lyon (France)

Hansjörg HILTI
Lecturer
University of Liechtenstein

NO

Frederik STRAND SARDINOUX
from INSA Toulouse
in 2008 (6 months)
to Norwegian University of Science and Technology

Wolfgang LASCHET
EU Programme coordinator
Norwegian University of Science and Technology

CH

Marco AMHERD
from Zurich University of the Arts
in 2011 ( 10 months)
to CESMD Toulouse (Centre d'Etudes supérieures Musique et Danse)

Antoinette CHARON WAUTERS
Lecturer and International Relations coordinator
University of Lausanne


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site