Navigation path

Left navigation

Additional tools

50 Sena tal-PAK - Sħubija bejn l-Ewropa u l-Bdiewa

European Commission - MEMO/12/32   23/01/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

MEMO/12/32

Brussell, 23 ta’ Jannar 2012

50 Sena tal-PAK - Sħubija bejn l-Ewropa u l-Bdiewa

Is-sena 2012 taħbat il-50 anniversarju mill-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-UE, wieħed mill-pedamenti tal-integrazzjoni Ewropea, li pprovdiet liċ-ċittadini Ewropej b'50 sena ta' sigurtà fl-ikel u ambjent rurali ħaj. Il-PAK tibqa' l-unika politika tal-UE fejn hemm qafas komuni tal-UE u l-maġġoranza tal-infiq pubbliku fl-Istati Membri kollha ġej mill-baġit tal-UE, minflok mill-baġits nazzjonali jew reġjonali. Iċ-ċifri juru li l-PAK għenet biex ikun hemm żieda stabbli fil-valur ekonomiku, fil-produttività, u fil-kummerċ, filwaqt li ppermettiet ukoll li s-sehem tal-infiq domestiku fuq l-ikel jonqos bin-nofs.

Il-PAK hija politika li dejjem evolviet biex tindirizza l-isfidi neċessarji. Pereżempju, il-proċess ta’ riforma sa mill-1992 ra ċaqliqa lejn orjentazzjoni lejn is-suq ħafna ikbar u lil hinn mill-appoġġ li jfixkel il-kummerċ, filwaqt li qies ukoll it-tħassib tal-konsumaturi dwar kwistjonijiet bħall-benessri tal-annimali, u l-irduppjar tal-għadd ta’ bdiewa ġewwa l-UE (wara t-tkabbir minn 15 għal 27 Stat Membru).

F’Ottubru tal-2011, il-Kummissjoni ppreżentat l-aħħar proposti tagħha għal aktar riformi fil-PAK immirati biex jindirizzaw l-isfidi tal-lum u għada: is-sigurtà tal-ikel; it-tibdil fil-klima; l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali; l-iżvilupp reġjonali bilanċjat; l-għajnuna lis-settur agrikolu biex ikun jista’ jaffronta l-effetti tal-kriżi ekonomika u ż-żieda fil-volatilità tal-prezzijiet agrikoli; u l-kontribut għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv f’konformità mal-istrateġija tal-Ewropa 2020.

Passi importanti fl-Istorja tal-PAK

Lura fl-1962, diversi dati ewlenin irrappreżentaw il-bidu tal-PAK:

  • Fl-14 ta’ Jannar 1962, wara 140 siegħa ta’ negozjati (l-ewwel maratona agrikola Ewropea), il-Kunsill tal-Ministri tas-Sitt Stati Membri fundaturi tal-UE ħa deċiżjoni biex jipproċedi għat-tieni stadju tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, biex jistabbilixxi organizzazzjonijiet tas-suq agrikolu komuni għal kull prodott, japplika regoli tal-kompetizzjoni speċifiċi u joħloq il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG).

  • L-4 ta’ April 1962: Wara t-tieni maratona agrikola, it-testi tar-regolamenti ġew adottati mill-Kunsill.

  • L-20 ta’ April 1962: It-testi ġew ippubblikati. Id-data li fiha daħlu fis-seħħ kienet tiddependi mill-bidu tal-istaġun tas-suq: pereżempju, għall-organizzazzjoni agrikola komuni taċ-ċereali, il-bajd, it-tjur, il-laħam u l-majjal id-data tad-dħul fis-seħħ kienet l-1 ta’ Lulju 1962.

Fost id-dati ewlenin minn dak iż-żmien l’hawn:

  • 1962: Twieldet il-Politika Agrikola Komuni (PAK)! Essenzjalment din il-politika kellha tipprovdi ikel li ma jiswix ħafna flus għaċ-ċittadini tal-UE u standard ġust ta’ għixien għall-bdiewa.

  • 1984: Il-kwoti tal-ħalib - Miżuri speċifiċi jiddaħħlu fis-seħħ biex il-produzzjoni tal-ħalib tiġi allinjata mal-ħtiġijiet tas-suq.

  • 1992: Ir-riforma “Mac Sharry” - Il-PAK jiċċaqlaq minn appoġġ għas-suq għal appoġġ għall-produtturi. L-appoġġ tal-prezz jinbidel b’pagamenti diretti tal-għajnuna. Hemm żieda fl-enfasi fuq il-kwalità tal-ikel, il-protezzjoni tal-ikel tradizzjonali u reġjonali u l-attenzjoni lejn l-ambjent.

  • 2000: Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-PAK jinfirex biex jinkludi l-iżvilupp rurali. Il-PAK jiffoka fuq l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali tal-Ewropa permezz ta’ programmi multiannwali mmirati, imfassla fil-livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali.

  • 2003: Ir-riforma “Fischler / Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu" - ir-riforma tal-PAK twaqqaf ir-rabta bejn is-sussidji u l-produzzjoni. Il-bdiewa huma iktar orjentati lejn is-suq u, minħabba l-limitazzjonijiet speċifiċi fuq l-agrikoltura Ewropea, jirċievu għajnuna fl-introjtu. Għandhom jirrispettaw standards speċifiċi ambjentali, tas-saħħa tal-annimali u tas-sikurezza tal-ikel.

  • 2004 & 2007: Il-popolazzjoni tal-biedja tal-UE tirdoppja, wara t-tkabbir riċenti bi 12-il Stat Membru ġodda. Il-pajsaġġ agrikolu u rurali tal-UE jinbidel ukoll.

  • 2012: Negozjati ġodda fir-riforma tal-PAK biex tissaħħaħ il-kompetittività ekonomika u ekoloġika tas-settur agrikolu, għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex jiġu appoġġati l-impjiegi u t-tkabbir fiż-żoni rurali.

Statistika li turi l-evoluzzjoni tad-dejta agrikola bażika

1962

1992

2002

2012

Għadd ta’ Stati Membri

6

12

15

27

Għadd ta’ bdiewa (f’miljuni)

6.5

7.2

6.2

13.7

Żona agrikola (f’miljuni ta’ ettari)

69

118

126

172

1962

2012

Valur tal-produzzjoni Agrikola (prezzijiet reali, f’biljuni ta’ EUR / ECU)

20

350

Ammont medju ta’ ħalib (kg għal kull baqra kull sena)

3000

6500

Ammont medju ta' qamħ (f'tunellati għal kull ettaru)

2

6

Valur tal-produzzjoni agrikola (f’prezzijiet reali, f’biljuni ta’ EUR / ECU)

3

90*

Valur tal-importazzjonijiet agrikoli (f’prezzijiet reali, f’biljuni ta’ EUR / ECU)

6

80*

Valur tal-kummerċ agrikolu (f’prezzijiet reali, f’biljuni ta’ EUR / ECU)

10

170*

% ta’ infiq domestiku fuq l-ikel (Medja fuq l-UE kollha)

30%

16%

Sors: DĠ AGRI; Nota: * ċifri proviżorji Jannar - Novembru 2011;

Għal aktar dettalji, inkluż informazzjoni dwar l-avvenimenti tal-“CAP@50" fi Stati Membri differenti biex jikkommemoraw il-50 Anniversarju, mur fuq is-sit tal-internet http://ec.europa.eu/agriculture/50-years-of-cap/index_mt.htm

Apparti mill-avveniment interistituzzjonali ġewwa Brussell fit-23 ta’ Jannar, ġew ikkonfermati avvenimenti ta’ tnedija fis-sitt membri fundaturi tal-UE, kif ġej:

  • il-Ġermanja (Berlin, Gruene Woche) - l-20 ta’ Jannar 2012

  • l-Italja (Verona) - it-2 ta’ Frar 2012

  • Franza (Pariġi) - is-27 ta’ Frar 2012

  • BeNeLux (jiġu kkomunikati l-postijiet aktar tard) – l-4 ta’ April 2012


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website