MEMO/11/857
Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011
L-Ajruporti tal-Ewropa 2030 : l-isfidi li jmiss
L-10 fatti u figuri ewlenin
L-ajruporti huma importanti – kważi 800 miljun passiġġier użaw l-ajruporti tal-UE fl-2010, terz tas-suq dinji, kważi tliet darbiet iktar minn meta t-traffiku tal-ajru kien liberalizzat fil-bidu tas-snin disgħin.
L-avjazzjoni huwa wieħed mill-iktar setturi kompetittivi tal-Ewropa. L-ajruporti huma parti vitali tas-sistema tal-avjazzjoni tagħna u l-ajruporti qed isiru dejjem iktar importanti għall-ekonomija tagħna. L-Ewropa, għal raġunijiet storiċi u ġeografiċi, stabbilixxiet pożizzjoni strateġika bħala “hub” tal-avjazzjoni għad-dinja.
Iżda l-kompetizzjoni qed tiżdied. Nofs it-traffiku ġdid dinji matul l-20 sena li ġejjin se jkun lejn, minn jew fir-reġjun Paċifiku tal-Ażja. Fil-ħames snin li ġejjin, it-tkabbir tat-trasport bl-ajru se jkun primarjament immexxi minn reġjuni bħall-Paċifiku tal-Ażja, il-Lvant Nofsani u l-Amerika Latina.
Fil-konfront ta’ kompetizzjoni globali intensa, l-ajruporti Ewropej qed jaffaċċjaw żewġ sfidi kbar ewlenin: il-kapaċità u l-kwalità.
L-ajruporti tal-Ewropa qed jaffaċċjaw kriżi tal-kapaċità. Sal-2030, it-traffiku tal-ajru fl-Ewropa kważi se jirdoppja. Madankollu, l-Ewropa mhux se tkun f’pożizzjoni li tilħaq parti minn din id-domanda minħabba nuqqas ta’ kapaċità tal-ajruporti.
Diġà llum 5 ajruporti ewlenin Ewropej huma saturati – u qed joperaw fil-limitu tal-kapaċità massima tagħhom: Düsseldorf, Frankfurt, London Gatwick, London Heathrow, Milan Linate (Eurocontrol).
Sal-2030, skont ix-xejriet kurrenti, 19-il ajruport Ewropew se jkunu saturati inklużi pereżempju Paris CDG, Varsavja, Ateni, Vjenna u Barċellona1. Il-konġestjoni li tirriżulta tista’ tfisser dewmien li jaffettwa 50 % tat-titjiriet tal-passiġġieri u tal-merkanzija kollha (ara d-dettalji fl-anness).
Il-kapaċità tal-ajruporti għandha tkun ottimizzata. Barra minn hekk, ir-restrizzjonijiet tal-istorbju għandhom ikunu proporzjonati għall-problema dwar l-istorbju identifikata.
Il-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi fl-ajrupori għandhom jitjiebu. Illum, 70 % tad-dewmien fit-titjiriet diġà huma kkawżati mill-proċess u l-ħin ta' tagħbija u ħatt tal-inġenji tal-ajru (dewmien ikkawżat mil-linji tal-ajru jew il-groundhandlers tagħhom, l-ajruporti jew partijiet oħra involuti f’dan il-proċess) 2.
Il-kwalità kumplessiva tas-servizzi tal-groundhandling ukoll ma komplietx tiżviluppa mal-bżonnijiet speċjalment f’termini ta’ affidabbiltà u reżiljenza, sikurezza u sigurtà. It-tfixkil esperjenzat wera l-bżonn għal iktar koordinazzjoni tal-operazzjonijiet fl-art għall-ajruporti Ewropej u n-netwerk kollu kemm hu (effetti indiretti) sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-operat tal-ajruport.
Il-Pakkett dwar l-Ajruporti
Sabiex ikunu affaċċjati dawn l-isfidi, il-Kummissjoni Ewropea llum adottat dokument ta’ politika u tliet proposti leġiżlattivi:
bħala għajnuna biex ikun trattat in-nuqqas ta' kapaċità fl-ajruporti tal-Ewropa;
biex titjieb il-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi tal-groundhandling; kif ukoll
biex titjieb it-trasparenza fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar ir-restrizzjonijiet tal-istorbju.
Slotts
X’inhu slott tal-ajruport
Slott ta’ ajruport huwa permess għall-użu tar-runways u tat-terminals biex topera titjira lejn jew minn ajruport b’konġestjoni f’data speċifika u f’ħin speċifiku.
L-islotts huma għodda tal-ippjanar għar-razzjonar tal-kapaċità f’ajruporti fejn id-domanda għall-ivjaġġar bl-ajru taqbeż il-kapaċità disponibbli tar-runway u tat-terminal. L-islotts tal-ajruport huma importanti ħafna għal-linji tal-ajru b’mod partikolari minħabba li jippermettulhom li jtiru lejn u mill-iktar ajruporti fl-Ewropa li għandhom l-ikbar konġestjoni u li għandhom l-iktar restrizzjonijiet ta’ kapaċità.
X’inhuma r-regoli attwali?
Skont ir-regoli attwali, l-islotts jiġu allokati għal-linji tal-ajru skont sistema amministrattiva stabbilita fil-kuntest tar-Regolament KE tal-1993. L-islotts huma allokati għall-istaġuni tas-sajf u tax-xitwa (minn l-aħħar ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Ottubru huwa l-istaġun tas-sajf). Minimu ta’ 5 slotts allokati fl-istess ħin fl-istess ġurnata tal-ġimgħa matul staġun jiffurmaw sensiela ta’ slots. Skont ir-regoli tal-1993, jekk il-linji tal-ajru jużaw sensiela ta’ slotts, 80 % taż-żmien jistgħu jżommuhom għall-istaġun ta' wara (klawsola ta' anterjorità). Inkella l-islott ikun ritornat fil-pool. Jekk l-użu ta’ slotts jaqa’ taħt it-80 % għal staġun wieħed, il-linja tal-ajru għandha tirritornah fil-pool sabiex jerġa’ jkun distribwit.
Is-sistema tal-pool tintuża wkoll biex tkun allokata kapaċità ġdida. Slotts mill-pool huma allokati minn koordinatur indipendenti. 50 % tal-islotts fil-pool imorru għal linji tal-ajru ġodda. 50 % jmorru għal linji tal-ajru oħra abbażi tas-sistema “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel. Bħalissa hemm 89 ajruport Ewropew li qed jesperjenzaw livell ta’ konġestjoni li huwa tali li jużaw is-sistema ta’ “slott”.
Fil-prattika, ir-Renju Unit biss għandu sistema żviluppata ta’ kummerċ sekondarju ta’ slotts.
X’inhi l-problema?
Is-sistema amministrattiva kurrenti tal-allokazzjoni tal-islotts hija ineffiċjenti. Il-klawsola tal-anterjorità ma toperax tajjeb biżżejjed minħabba li tippermetti li kapaċità tibqa’ mhux użata. B’mod iktar kumplessiv, ma hemm ebda inċentiva tas-suq għal-linji tal-ajru biex ibigħu slotts li ma tantx jintużaw lil-linji tal-ajru oħra li jistgħu jagħmlu użu aħjar tal-kapaċità. Is-sistema xxekkel il-kompetizzjoni u l-għażla li jkollhom il-passiġġieri. l-ebda valur finanzjarju konkret ma jitqiegħed fuq slott li jista’ jservi bħala inċentiv sabiex, pereżempju, slott ikun innegozjat ma’ linja tal-ajru oħra. Is-sistema xxekkel il-mobbiltà tal-islotts li hija importanti għal suq tal-avjazzjoni dinamiku.
Barra minn hekk, minn meta tfassal ir-regolament fl-1993, it-traffiku tal-ajru żdied b’mod drammatiku, l-għadd ta’ ajruporti li qed jaffaċċjaw restrizzjonijiet tal-kapaċità kiber ukoll u s-sitwazzjoni se tmur għall-agħar jekk ma jsir xejn.
F’ħafna ajruporti b’konġestjoni, diġà huwa diffiċli għall-operaturi tal-ajru biex jidħlu fis-suq jew saħansitra biex ikabbru l-operat tagħhom minħabba li l-linji tal-ajru jagħmlu kull sforz biex iżommu l-islotts tagħhom minn staġun għall-ieħor. Il-pool tal-islotts ħafna drabi tkun disponibbli għal ħinijiet ta’ titjiriet li huma inqas attraenti (pereżempju kmieni wara nofsinhar u tard filgħaxija, meta inqas nies ikunu jixtiequ li jtiru). Jekk ma jsir xejn, is-sitwazzjoni se teħżien ħafna iktar – sal-2030, 19-il ajruport fl-Ewropa mistennija li se jkunu qed jaħdmu fil-limitu tal-kapaċità tagħhom, fattur li se jwassal għal dewmien ta’ 50 % tat-titjiriet kollha.
Il-proposti l-ġodda
Ir-regolament rivedut dwar l-islotts se jintroduċi miżuri ewlenin li jinkludu:
- Kummerċ sekondarju tal-islotts: Il-proposta l-ġdida se tippermetti l-kummerċ talislotts bejn il-linji tal-ajru fl-UE. Ir-Regolament tal-1993 ma pprovdix kummerċ sekondarju bejn il-linji tal-ajru; madankollu lanqas ma speċifika projbizzjoni għalih. Biż-żmien, is-sitwazzjoni evolviet sabiex il-varjetà ta’ prattiki differenti evolviet fl-UE kollha. Pereżempju, il-kummerċ sekondarju jeżisti fir-Renju Unit, iżda huwa pprojbit fi Spanja.
L-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet ċari għall-kummerċ trasparenti talislotts sabiex is-swieq kompetituri kollha jkunu jafu x’jista’ jinxtara u jinbiegħ. Ir-Regolament jistabbilixxi b’mod ċar skema koerenti li tiżgura trasparenza fil-kummerċ tal-islotts. Dan se jkun immonitorjat mill-awtoritajiet nazzjonali.
Jiżdied l-użu tal-limitu massimu tal-islotts minn 80 % għal 85 % u t-tul tas-sensiliet ta’ slotts minn 5 kif inhuma bħalissa għal 10 għall-istaġun tax-xitwa u għal 15 għall-istaġun tas-sajf – sabiex tkun imposta dixxiplina iktar stretta fuq il-linji tal-ajru billi r-regoli jkunu ristretti filwaqt li l-linji tal-ajru jkunu rikjesti li juru li użaw l-islotts tagħhom b’mod suffiċjenti matul l-istaġun (ir-regola hekk magħrufa ‘uża jew itlef’). L-għan huwa li jkun żgurat li l-linji tal-ajru li jixtiequ jżommu l-islotts għall-istaġun li jmiss, jużaw il-kapaċità.
Huwa stmat li l-bidliet proposti jippermettu li s-sistema ġġorr 24 miljun passiġġier iktar kull sena. Il-bidliet proposti jistgħu jkollhom valur ta’ EUR 5 biljun għall-ekonomija Ewropea u joħolqu 62,000 impjieg aktar matul il-perjodu 2012-2025.
TAQSIMA 2 Groundhandling:
X'inhu l-groundhandling?
Il-groundhandling ikopri varjetà wiesgħa ta’ servizzi għal-linji tal-ajru offruti f’ajruporti b’appoġġ għall-operat tas-servizzi tal-ajru. Is-servizzi jinkludu mhux biss servizzi tekniċi ħafna bħall-manutenzjoni, servizzi ta’ fjuwil u żejt u handling tal-merkanzija, iżda wkoll servizzi li huma essenzjali għas-sikurezza u l-kumdità tal-passiġġieri bħaċ-check-in, l-ikel, il-handling tal-bagalji u t-trasport fuq l-art fl-ajruport.
Is-servizzi tal-groundhandling huma parti essenzjali tas-sistema tal-avjazzjoni.
Id-dħul mill-groundhandling: EUR 50 biljun minn madwar id-dinja
Impjieg: mill-inqas 60,000 ruħ fl-Ewropa
L-ispejjeż marbuta mas-servizzi tal-groundhandling għal-linji tal-ajru jirrappreżentaw bejn 5 u 12 % tal-ispejjeż tal-operat.
Ir-regoli attwali
Id-Direttiva tal-1996 dwar il-groundhandling (Id-Direttiva 96/67/KE) introduċiet il-kompetizzjoni fis-servizzi differenti tal-groundhandling fl-ajruporti lill-kumpaniji mhux affiljati mal-ajruport jew mal-linja tal-ajru nazzjonali.
Id-Direttiva 96/67/KE adottata fl-1996 introduċiet: il-ftuħ sħiħ għall-kompetizzjoni għall-maġġoranza tas-servizzi tal-groundhandling. Id-Direttiva ġabet ħafna benefiċċji, inklużi żieda fl-għadd ta’ fornituri u fornituri ġodda kif ukoll titjib fil-kwalità, skont il-linji tal-ajru li jixtru s-servizzi; u fl-istess ħin, il-prezzijiet tbaxxew.
Madankollu, l-Istati Membri ngħataw il-possibbiltà li jillimitaw il-kompetizzjoni għal minimu ta’ żewġ fornituri għal erba’ kategoriji importanti li jinvolvu l-ajruplan stess ("servizzi ristretti") (handling tal-bagalji, handling fuq ir-rampa, handling tal-fjuwil u ż-żejt, handling tal-merkanzija u tal-posta). Ir-riżultat illum huwa li l-grad ta’ kompetizzjoni f’dawn is-servizzi ristretti u l-iskema ta’ aċċess ivarja b’mod sinifikanti fl-Istati Membri.
Fil-prattika, għadd limitat ta’ pajjiżi biss inklużi: Ir-Renju Unit, il-pajjiżi Nordiċi, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja għandhom kompetizzjoni miftuħa fis-“servizzi ristretti” ewlenin. Oħrajn, bħal Spanja, il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Polonja għażlu li jillimitaw il-kompetizzjoni fis-“servizzi ristretti” għal minimu ta’ żewġ fornituri ta’ servizzi.
X’inhi l-problema?
70 % tad-dewmien fit-titjiriet huma kkawżati minn problemi fuq l-art fl-ajruporti mhux fl-ajru.
Konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati (li saret fl-aħħar tal-2009 u fil-bidu tal-2010) turi li titjib ulterjuri fis-servizzi tal-groundhandling huma neċessarji sabiex ikunu trattati problemi persistenti bl-effiċjenza u l-kwalità (affidabbiltà, reżiljenza, sikurezza, sigurtà, ambjent).
Filwaqt li l-Ewropa tinsab fil-proċess li tirriforma s-sistemi ta’ kontroll tal-ajru tagħha (Proposti dwar Ajru Uniku) sabiex ittejjeb il-prestazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Ma nistgħux nittrattaw b’suċċess problemi ta’ dewmien u konġestjoni jekk ma ntejbux il-prestazzjoni tal-ajruporti fuq l-art.
Il-proposti l-ġodda
Il-proposti ġodda dwar il-groundhandling se jinkludu miżuri ewlenin biex:
Ikun żgurat li l-linji tal-ajru jkollhom għażla ikbar ta’ soluzzjonijiet fir-rigward tal-groundhandling fl-ajruporti tal-UE. Il-proposti jintroduċu ftuħ sħiħ tas-suq tas-selfhandling għal-linji tal-ajru. Fl-istess ħin, se jżidu l-għadd minimu ta’ fornituri ta’ servizzi (f’servizzi ristretti) minn tnejn għal tlieta f’ajruporti kbar.
L-ajruporti jingħataw iktar kontroll fuq il-koordinazzjoni tas-servizzi tal-groundhandling. Il-korp li jimmaniġġja l-ajruport għandha tingħata rwol ġdid bħala “koordinatur tal-art” tas-servizzi tal-groundhandling (inkluż bl-istabbiliment ta' standards ta' kwalità minimi). Dan ifisser li l-ajruporti għandhom il-kompitu li jikkoordinaw kif xieraq il-groundhandling f’ajruport. U l-iktar importanti li għandhom l-għodda li jistabbilixxu l-istandards ta’ kwalità minimi li għandhom ikunu rispettati mill-groundhandlers kollha fl-ajruport tagħhom. Barra minn hekk, il-proposti jikkjarifikaw ir-regoli għas-sottokontrattar.
Il-proposti għandhom jikkjarifikaw il-qafas legali għat-taħriġ u t-trasferiment tal-persunal. Il-groundhandling hija industrija intensiva ħafna fix-xogħol (ix-xogħol jammonta għal bejn 65 5 u 80 % tal-ispejjeż). Kwalità għolja u persunal imħarreġ tajjeb huma essenzjali għaż-żamma tas-sikurezza u s-sigurtà tas-servizzi tal-groundhandling, kif ukoll biex ikunu żgurati servizzi ta’ kwalità. Għal dan l-għan, il-proposti ġodda jinkludu dispożizzjonijiet li jsaħħu t-taħriġ u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg stabbli tal-persunal, speċjalment permezz ta’:
l-introduzzjoni ta’ possibbiltà ġdida għall-Istati Membri li jimponu rekwiżit fuq il-kumpaniji li jirbħu kuntratti tal-groundhandling fi swieq ristretti għat-trasferiment tal-persunal mid-detentur preċedenti tal-kuntratt bil-kundizzjonijiet eżistenti sħaħ tagħhom.
l-istabbiliment obbligatorju ta’ taħriġ minimu għall-persunal.
Barra minn hekk, il-proposti se:
isaħħu s-suq tal-groundhandling permezz ta’ approvazzjonijiet nazzjonali ta’ rikonoxximent reċiproku għall-groundhandlers maħruġa mill-Istati Membri. Fi kliem ieħor, approvazzjoni maħruġa fi Stat Membru wieħed tintitola handler li jipprovdi servizzi fi Stat Membru differenti. ‘Rikonoxximent reċiproku’ huwa mekkaniżmu standard użat fis-suq uniku Ewropew biex jitneħħew l-ostakli għall-forniment ta’ servizzi transkonfinali.
Jintroduċu trasparenza ikbar fil-mod kif il-linji tal-ajru (u l-handlers tagħhom) jintalbu ħlasijiet għal “infrastrutturi ċentralizzati” fl-ajruporti (pereżempju, tariffi mill-ajruport għall-użu ta’ sistemi tal-ipproċessar ta’ bagalji) u b'liema kundizzjonijiet l-ajruporti stess jistgħu jipprovdu servizzi tal-groundhandling. Dan sabiex jinħoloq livell ekwu ta’ kompetizzjoni li jippermetti handlers indipendenti biex jikkompetu b’mod effikaċi.
TAQSIMA 3 Storbju
Is-sistema attwali
Restrizzjonijiet tal-operat relatati mal-istorbju huma stabbiliti mill-Istati Membri fil-biċċa l-kbira tal-ajruporti Ewropej. Ir-restrizzjonijiet jipproteġu lill-persuni li joqgħodu ħdejn l-ajruporti mill-effetti tal-istorbju tal-ajruplani u jiffurmaw parti minn strateġija iktar wiesgħa ta’ tnaqqis tal-istorbju li għandha erba’ elementi prinċipali. Dawn l-elementi huma: tnaqqis mis-sors (ajruplani inqas storbjużi); ippjanar u ġestjoni tal-użu tal-art; proċeduri operazzjonali tat-tnaqqis tal-istorbju (pereżempju l-evitar ta’ titjiriet eċċessivi f’żona speċifika), u restrizzjonijiet tal-operat (pereżempju projbizzjonijiet ta’ titjiriet matul il-lejl). Minħabba li dawn il-miżuri jistgħu jnaqqsu l-kapaċità disponibbli fl-ajruporti kif ukoll l-impatt tal-linji tal-ajru li mhumiex tal-UE, il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għandu jsegwi prinċipji internazzjonali dwar il-ġestjoni tal-istorbju (l-approċċ ibbilanċjat stabbilit mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO)).
Ir-regoli attwali
Skont id-Direttiva 2002/30, l-Istati Membri huma obbligati li jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju jibbilanċjaw b'attenzjoni l-ħtieġa ta' protezzjoni mill-istorbju għar-residenti ħdejn l-ajruporti mal-impatt possibbli ta' dawn ir-restrizzjonijiet fuq it-traffiku tal-ajru. Il-proċess li għandu jkun segwit, inklużi l-valutazzjonijiet tal-istorbju, għandhom jivvalutaw b’mod xieraq il-proporzjonalità, il-kosteffettività u t-trasparenza tar-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju.
X’inhi l-problema?
Għad hemm ħafna inkonsistenzi dwar kemm għandu jkun hemm restrizzjonijiet madwar l-Ewropa. F’xi każijiet, ir-restrizzjonijiet tal-istorbju jistgħu ma jkunux kompatibbli mal-iktar kundizzjonijiet operazzjonali sikuri għall-operat ta’ titjiriet f’ajruport. Jista’ jkun hemm impatt eċċessiv fuq il-kapaċità ta’ ajruport minħabba r-restrizzjonijiet tal-istorbju, li min-naħa tiegħu jista' jkollu effetti indiretti fuq ajruporti oħra. Ir-restrizzjonijiet tal-istorbju jista’ jkollhom ukoll impatti ambjentali bħal rotot ta’ stennija addizzjonali (additional holding patterns) li jistgħu jkunu rikjesti mingħand ajruplan li jkun se jillandja. Ir-restrizzjonijiet tal-istorbju jistgħu jinkoraġġixxu wkoll żvilupp ulterjuri ħdejn l-ajruport li għandu jitħalla mhux ostakolat sabiex jitnaqqas l-impatt tal-istorbju fuq l-operazzjonijiet tal-ajruport. Fl-aħħar nett, minn perspettiva proċedurali, ħafna drabi hemm it-tendenza li r-restrizzjonijiet tal-istorbju ‘jitnaqqxu fil-ġebel’ mingħajr reviżjoni, jiġifieri li tekniki operazzjonali ġodda jew soluzzjonijiet teknoloġiċi jew teknoloġija tal-ajruplani ma jkunux jistgħu jkunu mobilizzati faċilment.
Il-proposti l-ġodda
Il-proposti għandhom l-għan li jtejbu l-proċeduri użati għall-istabbiliment ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju fl-ajruporti tal-UE, sabiex ikunu mtejba ċ-ċarezza u t-trasparenza u jkun rifless aħjar l-‘approċċ ibbilanċjat’. Dan se joħloq approċċ Ewropew komuni għall-istabbiliment tar-restrizzjonijiet tal-istorbju. L-għan huwa li jitjieb il-mod kif jiġu implimentati r-restrizzjonijiet iktar milli jinħoloq dubju dwar il-bżonn leġittimu li r-residenti jiġu protetti minn storbju eċċessiv tal-ajruporti.
Il-proposti l-ġodda se:
Jippermettu lill-awtoritajiet tal-ajruporti li jeliminaw bil-mod il-mod l-ajruplani li jagħmlu l-iktar storbju u li jistgħu jikkawżaw ammont sproporzjonat ta’ storbju. Dan ifisser li għandha tiġi riveduta d-definizzjoni skaduta ta’ ajruplani li jikkonformaw marġinalment biex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi fit-teknoloġija.
Jagħtu lill-Kummissjoni r-rwol ta’ skrutinju, ex ante, dwar miżuri ġodda dwar l-istorbju, bl-għan li jkun żgurat approċċ konsistenti fl-Ewropa kollha. Il-proposti mhumiex dwar l-istabbiliment ta’ mira għall-istorbju, iżda dwar il-proċeduri qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet. L-għan huwa li jkun żgurat li r-restrizzjonijiet tal-istorbju jridu ikunu ġġustifikati, b’mod trasparenti u huma mmexxija mill-evidenza u jsegwu “l-approċċ ibbilanċjat” miftiehem mill-entità tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli fil-livell internazzjonali (L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili internazzjonali (ICAO)). Madankollu, din ir-reviżjoni hija tajba biss għall-Kummissjoni u mhix se tissostitwixxi deċiżjoni ta’ Stat Membru.
Tinkludi passi prattiċi bħala appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ miżuri inklużi: il-kjarifika tar-rabtiet bejn il-miżuri tal-istorbju u l-ġestjoni tal-ajruport; it-titjib tal-immappjar tal-istorbju u l-appoġġ amministrattiv biex ikun żgurat l-użu effiċjenti tal-ispazju tal-ajru Ewropew;
Il-proposti għandhom jippermettu lill-ajruporti biex 'jifirdu' it-tkabbir tat-traffiku tal-ajru mil-livell ta’ inkonvenjent kkawżat mill-istorbju li jbatuh ir-residenti lokali, filwaqt li fl-istess ħin jippermettu protezzjoni mtejba mill-istorbju tal-preservazzjoni tat-tkabbir u l-kontribut ekonomiku li tagħti.
Aktar tagħrif
http://ec.europa.eu/transport/air/airports/airports_en.htm
http://ec.europa.eu/transport/air/airports/doc/2011-airport-package-citizens-summary_en.pdf
http://ec.europa.eu/avservices/video/videoplayer.cfm?ref=I071007


Forecast airport congestion (SAMPLE AIRPORTS)
Airport | 2010 | 2017 | 2025 | Capacity assumptions |
Amsterdam Schiphol | Demand exceeds capacity during part of day | Demand exceeds capacity during part of day | Demand exceeds capacity during part of day | Assumes annual movement cap raised to 510,000 in November 2010 but no further increase |
Dublin | Sufficient capacity most or all day | Sufficient capacity most or all day | Sufficient capacity most or all day | Second runway built when needed |
Düsseldorf | Demand exceeds capacity most or all day | Demand exceeds capacity most or all day | Demand exceeds capacity most or all day | Assumed 10% increase in capacity in 2015 but no further increase |
Frankfurt | Demand exceeds capacity most or all day | Sufficient capacity most or all day | Demand exceeds capacity during part of day | New runway (2011) and terminal (2015) allow increases from 83 to 126 movements/hour |
London Gatwick | Demand exceeds capacity most or all day | Demand exceeds capacity most or all day | Demand exceeds capacity most or all day | Assumes no new runway but increase of 2-3 movements/hour on current runway |
London Heathrow | Demand exceeds capacity most or all day | Demand exceeds capacity most or all day | Demand exceeds capacity most or all day | Assumes no third runway, or mixed mode, or relaxation of annual movement cap. |
Madrid Barajas | Demand exceeds capacity during part of day | Demand exceeds capacity during part of day | Demand exceeds capacity during part of day | Assumes ATC improvements increase capacity from 98 to 120 movements/hour by 2020 (increase phased in from 2014) |
Milan Linate | Demand exceeds capacity most or all day | Demand exceeds capacity most or all day | Demand exceeds capacity most or all day | Assumes no amendment to Bersani Decree |
Munich | Demand exceeds capacity during part of day | Sufficient capacity most or all day | Demand exceeds capacity during part of day | Assume third runway operational by 2017 |
Palma de Mallorca | Sufficient capacity most or all day | Sufficient capacity most or all day | Sufficient capacity most or all day | Assume additional capacity added when required |
Paris CDG | Demand exceeds capacity during part of day | Demand exceeds capacity during part of day | Demand exceeds capacity most or all day | Assumes increase from 114 to 120 movements/hour by 2015, but no further increase (e.g. fifth runway) |
Paris Orly | Demand exceeds capacity most or all day | Demand exceeds capacity most or all day | Demand exceeds capacity most or all day | Assumes no relaxation of annual slot cap |
Rome Fiumicino | Demand exceeds capacity during part of day | Demand exceeds capacity during part of day | Demand exceeds capacity during part of day | Assume improved ATC allowing 100 movements/hour but no new runway |
Vienna | Demand exceeds capacity during part of day | Demand exceeds capacity during part of day | Demand exceeds capacity during part of day | Assume third runway operational in 2020, initially allowing 80 movements/hour increasing to 90 movements/hour by 2025 |
Hours per day demand exceeds capacity
Airport | 2010 | 2012 | 2017 | 2025 |
Dublin | 1 | 3 | 0 | 0 |
London Gatwick | 14 | 14 | 14 | 17 |
London Heathrow | 15* | 15* | 15* | 15* |
Madrid Barajas | 6 | 12 | 6 | 12 |
Paris CDG | 8 | 11 | 12 | 15 |
Palma de Mallorca | 2 | 2 | 2 | 3 |
Rome Fiumicino | 5 | 6 | 6 | 9 |
Vienna | 5 | 5 | 9 | 5 |
Note: Covers daytime period (16-18 hours depending on airport).
* Very limited capacity available in some off-peak hours, but cannot be allocated due to annual movement cap – in effect airport is full all day, year-round.
Source: Steer Davies Gleave, Impact assessment of revisions to Regulation 95/93, March 2011
EUROCONTROL ‘Challenges of Growth 2008’ (Sfidi għat-Tkabbir 2008) http://www.eurocontrol.int/statfor/public/subsite_homepage/homepage.html
EUROCONTROL ‘Performance Review Report 2010’ by the Performance Review Commission. (Rapport tal-Analiżi tal-Prestazzjoni 2010 mill-Kumitat tal-Analiżi tal-Prestazzjoni) http://www.eurocontrol.int/prc u EUROCONTROL CODA Rapport 2010 disponibblifuq:http://www.eurocontrol.int/coda/public/standard_page/coda_public_application.html