Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

MEMO/11/857

Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011

L-Ajruporti tal-Ewropa 2030 : l-isfidi li jmiss

L-10 fatti u figuri ewlenin

  • L-ajruporti huma importanti – kważi 800 miljun passiġġier użaw l-ajruporti tal-UE fl-2010, terz tas-suq dinji, kważi tliet darbiet iktar minn meta t-traffiku tal-ajru kien liberalizzat fil-bidu tas-snin disgħin.

  • L-avjazzjoni huwa wieħed mill-iktar setturi kompetittivi tal-Ewropa. L-ajruporti huma parti vitali tas-sistema tal-avjazzjoni tagħna u l-ajruporti qed isiru dejjem iktar importanti għall-ekonomija tagħna. L-Ewropa, għal raġunijiet storiċi u ġeografiċi, stabbilixxiet pożizzjoni strateġika bħala “hub” tal-avjazzjoni għad-dinja.

  • Iżda l-kompetizzjoni qed tiżdied. Nofs it-traffiku ġdid dinji matul l-20 sena li ġejjin se jkun lejn, minn jew fir-reġjun Paċifiku tal-Ażja. Fil-ħames snin li ġejjin, it-tkabbir tat-trasport bl-ajru se jkun primarjament immexxi minn reġjuni bħall-Paċifiku tal-Ażja, il-Lvant Nofsani u l-Amerika Latina.

  • Fil-konfront ta’ kompetizzjoni globali intensa, l-ajruporti Ewropej qed jaffaċċjaw żewġ sfidi kbar ewlenin: il-kapaċità u l-kwalità.

  • L-ajruporti tal-Ewropa qed jaffaċċjaw kriżi tal-kapaċità. Sal-2030, it-traffiku tal-ajru fl-Ewropa kważi se jirdoppja. Madankollu, l-Ewropa mhux se tkun f’pożizzjoni li tilħaq parti minn din id-domanda minħabba nuqqas ta’ kapaċità tal-ajruporti.

  • Diġà llum 5 ajruporti ewlenin Ewropej huma saturati – u qed joperaw fil-limitu tal-kapaċità massima tagħhom: Düsseldorf, Frankfurt, London Gatwick, London Heathrow, Milan Linate (Eurocontrol).

  • Sal-2030, skont ix-xejriet kurrenti, 19-il ajruport Ewropew se jkunu saturati inklużi pereżempju Paris CDG, Varsavja, Ateni, Vjenna u Barċellona1. Il-konġestjoni li tirriżulta tista’ tfisser dewmien li jaffettwa 50 % tat-titjiriet tal-passiġġieri u tal-merkanzija kollha (ara d-dettalji fl-anness).

  • Il-kapaċità tal-ajruporti għandha tkun ottimizzata. Barra minn hekk, ir-restrizzjonijiet tal-istorbju għandhom ikunu proporzjonati għall-problema dwar l-istorbju identifikata.

  • Il-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi fl-ajrupori għandhom jitjiebu. Illum, 70 % tad-dewmien fit-titjiriet diġà huma kkawżati mill-proċess u l-ħin ta' tagħbija u ħatt tal-inġenji tal-ajru (dewmien ikkawżat mil-linji tal-ajru jew il-groundhandlers tagħhom, l-ajruporti jew partijiet oħra involuti f’dan il-proċess) 2.

  • Il-kwalità kumplessiva tas-servizzi tal-groundhandling ukoll ma komplietx tiżviluppa mal-bżonnijiet speċjalment f’termini ta’ affidabbiltà u reżiljenza, sikurezza u sigurtà. It-tfixkil esperjenzat wera l-bżonn għal iktar koordinazzjoni tal-operazzjonijiet fl-art għall-ajruporti Ewropej u n-netwerk kollu kemm hu (effetti indiretti) sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-operat tal-ajruport.

Il-Pakkett dwar l-Ajruporti

Sabiex ikunu affaċċjati dawn l-isfidi, il-Kummissjoni Ewropea llum adottat dokument ta’ politika u tliet proposti leġiżlattivi:

  • bħala għajnuna biex ikun trattat in-nuqqas ta' kapaċità fl-ajruporti tal-Ewropa;

  • biex titjieb il-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi tal-groundhandling; kif ukoll

  • biex titjieb it-trasparenza fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar ir-restrizzjonijiet tal-istorbju.

Slotts

X’inhu slott tal-ajruport

Slott ta’ ajruport huwa permess għall-użu tar-runways u tat-terminals biex topera titjira lejn jew minn ajruport b’konġestjoni f’data speċifika u f’ħin speċifiku.

L-islotts huma għodda tal-ippjanar għar-razzjonar tal-kapaċità f’ajruporti fejn id-domanda għall-ivjaġġar bl-ajru taqbeż il-kapaċità disponibbli tar-runway u tat-terminal. L-islotts tal-ajruport huma importanti ħafna għal-linji tal-ajru b’mod partikolari minħabba li jippermettulhom li jtiru lejn u mill-iktar ajruporti fl-Ewropa li għandhom l-ikbar konġestjoni u li għandhom l-iktar restrizzjonijiet ta’ kapaċità.

X’inhuma r-regoli attwali?

Skont ir-regoli attwali, l-islotts jiġu allokati għal-linji tal-ajru skont sistema amministrattiva stabbilita fil-kuntest tar-Regolament KE tal-1993. L-islotts huma allokati għall-istaġuni tas-sajf u tax-xitwa (minn l-aħħar ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Ottubru huwa l-istaġun tas-sajf). Minimu ta’ 5 slotts allokati fl-istess ħin fl-istess ġurnata tal-ġimgħa matul staġun jiffurmaw sensiela ta’ slots. Skont ir-regoli tal-1993, jekk il-linji tal-ajru jużaw sensiela ta’ slotts, 80 % taż-żmien jistgħu jżommuhom għall-istaġun ta' wara (klawsola ta' anterjorità). Inkella l-islott ikun ritornat fil-pool. Jekk l-użu ta’ slotts jaqa’ taħt it-80 % għal staġun wieħed, il-linja tal-ajru għandha tirritornah fil-pool sabiex jerġa’ jkun distribwit.

Is-sistema tal-pool tintuża wkoll biex tkun allokata kapaċità ġdida. Slotts mill-pool huma allokati minn koordinatur indipendenti. 50 % tal-islotts fil-pool imorru għal linji tal-ajru ġodda. 50 % jmorru għal linji tal-ajru oħra abbażi tas-sistema “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel. Bħalissa hemm 89 ajruport Ewropew li qed jesperjenzaw livell ta’ konġestjoni li huwa tali li jużaw is-sistema ta’ “slott”.

Fil-prattika, ir-Renju Unit biss għandu sistema żviluppata ta’ kummerċ sekondarju ta’ slotts.

X’inhi l-problema?

Is-sistema amministrattiva kurrenti tal-allokazzjoni tal-islotts hija ineffiċjenti. Il-klawsola tal-anterjorità ma toperax tajjeb biżżejjed minħabba li tippermetti li kapaċità tibqa’ mhux użata. B’mod iktar kumplessiv, ma hemm ebda inċentiva tas-suq għal-linji tal-ajru biex ibigħu slotts li ma tantx jintużaw lil-linji tal-ajru oħra li jistgħu jagħmlu użu aħjar tal-kapaċità. Is-sistema xxekkel il-kompetizzjoni u l-għażla li jkollhom il-passiġġieri. l-ebda valur finanzjarju konkret ma jitqiegħed fuq slott li jista’ jservi bħala inċentiv sabiex, pereżempju, slott ikun innegozjat ma’ linja tal-ajru oħra. Is-sistema xxekkel il-mobbiltà tal-islotts li hija importanti għal suq tal-avjazzjoni dinamiku.

Barra minn hekk, minn meta tfassal ir-regolament fl-1993, it-traffiku tal-ajru żdied b’mod drammatiku, l-għadd ta’ ajruporti li qed jaffaċċjaw restrizzjonijiet tal-kapaċità kiber ukoll u s-sitwazzjoni se tmur għall-agħar jekk ma jsir xejn.

F’ħafna ajruporti b’konġestjoni, diġà huwa diffiċli għall-operaturi tal-ajru biex jidħlu fis-suq jew saħansitra biex ikabbru l-operat tagħhom minħabba li l-linji tal-ajru jagħmlu kull sforz biex iżommu l-islotts tagħhom minn staġun għall-ieħor. Il-pool tal-islotts ħafna drabi tkun disponibbli għal ħinijiet ta’ titjiriet li huma inqas attraenti (pereżempju kmieni wara nofsinhar u tard filgħaxija, meta inqas nies ikunu jixtiequ li jtiru). Jekk ma jsir xejn, is-sitwazzjoni se teħżien ħafna iktar – sal-2030, 19-il ajruport fl-Ewropa mistennija li se jkunu qed jaħdmu fil-limitu tal-kapaċità tagħhom, fattur li se jwassal għal dewmien ta’ 50 % tat-titjiriet kollha.

Il-proposti l-ġodda

Ir-regolament rivedut dwar l-islotts se jintroduċi miżuri ewlenin li jinkludu:

- Kummerċ sekondarju tal-islotts: Il-proposta l-ġdida se tippermetti l-kummerċ talislotts bejn il-linji tal-ajru fl-UE. Ir-Regolament tal-1993 ma pprovdix kummerċ sekondarju bejn il-linji tal-ajru; madankollu lanqas ma speċifika projbizzjoni għalih. Biż-żmien, is-sitwazzjoni evolviet sabiex il-varjetà ta’ prattiki differenti evolviet fl-UE kollha. Pereżempju, il-kummerċ sekondarju jeżisti fir-Renju Unit, iżda huwa pprojbit fi Spanja.

  • L-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet ċari għall-kummerċ trasparenti talislotts sabiex is-swieq kompetituri kollha jkunu jafu x’jista’ jinxtara u jinbiegħ. Ir-Regolament jistabbilixxi b’mod ċar skema koerenti li tiżgura trasparenza fil-kummerċ tal-islotts. Dan se jkun immonitorjat mill-awtoritajiet nazzjonali.

  • Jiżdied l-użu tal-limitu massimu tal-islotts minn 80 % għal 85 % u t-tul tas-sensiliet ta’ slotts minn 5 kif inhuma bħalissa għal 10 għall-istaġun tax-xitwa u għal 15 għall-istaġun tas-sajf – sabiex tkun imposta dixxiplina iktar stretta fuq il-linji tal-ajru billi r-regoli jkunu ristretti filwaqt li l-linji tal-ajru jkunu rikjesti li juru li użaw l-islotts tagħhom b’mod suffiċjenti matul l-istaġun (ir-regola hekk magħrufa ‘uża jew itlef’). L-għan huwa li jkun żgurat li l-linji tal-ajru li jixtiequ jżommu l-islotts għall-istaġun li jmiss, jużaw il-kapaċità.

Huwa stmat li l-bidliet proposti jippermettu li s-sistema ġġorr 24 miljun passiġġier iktar kull sena. Il-bidliet proposti jistgħu jkollhom valur ta’ EUR 5 biljun għall-ekonomija Ewropea u joħolqu 62,000 impjieg aktar matul il-perjodu 2012-2025.

TAQSIMA 2 Groundhandling:

X'inhu l-groundhandling?

Il-groundhandling ikopri varjetà wiesgħa ta’ servizzi għal-linji tal-ajru offruti f’ajruporti b’appoġġ għall-operat tas-servizzi tal-ajru. Is-servizzi jinkludu mhux biss servizzi tekniċi ħafna bħall-manutenzjoni, servizzi ta’ fjuwil u żejt u handling tal-merkanzija, iżda wkoll servizzi li huma essenzjali għas-sikurezza u l-kumdità tal-passiġġieri bħaċ-check-in, l-ikel, il-handling tal-bagalji u t-trasport fuq l-art fl-ajruport.

Is-servizzi tal-groundhandling huma parti essenzjali tas-sistema tal-avjazzjoni.

  • Id-dħul mill-groundhandling: EUR 50 biljun minn madwar id-dinja

  • Impjieg: mill-inqas 60,000 ruħ fl-Ewropa

  • L-ispejjeż marbuta mas-servizzi tal-groundhandling għal-linji tal-ajru jirrappreżentaw bejn 5 u 12 % tal-ispejjeż tal-operat.

Ir-regoli attwali

Id-Direttiva tal-1996 dwar il-groundhandling (Id-Direttiva 96/67/KE) introduċiet il-kompetizzjoni fis-servizzi differenti tal-groundhandling fl-ajruporti lill-kumpaniji mhux affiljati mal-ajruport jew mal-linja tal-ajru nazzjonali.

Id-Direttiva 96/67/KE adottata fl-1996 introduċiet: il-ftuħ sħiħ għall-kompetizzjoni għall-maġġoranza tas-servizzi tal-groundhandling. Id-Direttiva ġabet ħafna benefiċċji, inklużi żieda fl-għadd ta’ fornituri u fornituri ġodda kif ukoll titjib fil-kwalità, skont il-linji tal-ajru li jixtru s-servizzi; u fl-istess ħin, il-prezzijiet tbaxxew.

Madankollu, l-Istati Membri ngħataw il-possibbiltà li jillimitaw il-kompetizzjoni għal minimu ta’ żewġ fornituri għal erba’ kategoriji importanti li jinvolvu l-ajruplan stess ("servizzi ristretti") (handling tal-bagalji, handling fuq ir-rampa, handling tal-fjuwil u ż-żejt, handling tal-merkanzija u tal-posta). Ir-riżultat illum huwa li l-grad ta’ kompetizzjoni f’dawn is-servizzi ristretti u l-iskema ta’ aċċess ivarja b’mod sinifikanti fl-Istati Membri.

Fil-prattika, għadd limitat ta’ pajjiżi biss inklużi: Ir-Renju Unit, il-pajjiżi Nordiċi, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja għandhom kompetizzjoni miftuħa fis-“servizzi ristretti” ewlenin. Oħrajn, bħal Spanja, il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Polonja għażlu li jillimitaw il-kompetizzjoni fis-“servizzi ristretti” għal minimu ta’ żewġ fornituri ta’ servizzi.

X’inhi l-problema?

70 % tad-dewmien fit-titjiriet huma kkawżati minn problemi fuq l-art fl-ajruporti mhux fl-ajru.

Konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati (li saret fl-aħħar tal-2009 u fil-bidu tal-2010) turi li titjib ulterjuri fis-servizzi tal-groundhandling huma neċessarji sabiex ikunu trattati problemi persistenti bl-effiċjenza u l-kwalità (affidabbiltà, reżiljenza, sikurezza, sigurtà, ambjent).

Filwaqt li l-Ewropa tinsab fil-proċess li tirriforma s-sistemi ta’ kontroll tal-ajru tagħha (Proposti dwar Ajru Uniku) sabiex ittejjeb il-prestazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Ma nistgħux nittrattaw b’suċċess problemi ta’ dewmien u konġestjoni jekk ma ntejbux il-prestazzjoni tal-ajruporti fuq l-art.

Il-proposti l-ġodda

Il-proposti ġodda dwar il-groundhandling se jinkludu miżuri ewlenin biex:

  • Ikun żgurat li l-linji tal-ajru jkollhom għażla ikbar ta’ soluzzjonijiet fir-rigward tal-groundhandling fl-ajruporti tal-UE. Il-proposti jintroduċu ftuħ sħiħ tas-suq tas-selfhandling għal-linji tal-ajru. Fl-istess ħin, se jżidu l-għadd minimu ta’ fornituri ta’ servizzi (f’servizzi ristretti) minn tnejn għal tlieta f’ajruporti kbar.

  • L-ajruporti jingħataw iktar kontroll fuq il-koordinazzjoni tas-servizzi tal-groundhandling. Il-korp li jimmaniġġja l-ajruport għandha tingħata rwol ġdid bħala “koordinatur tal-art” tas-servizzi tal-groundhandling (inkluż bl-istabbiliment ta' standards ta' kwalità minimi). Dan ifisser li l-ajruporti għandhom il-kompitu li jikkoordinaw kif xieraq il-groundhandling f’ajruport. U l-iktar importanti li għandhom l-għodda li jistabbilixxu l-istandards ta’ kwalità minimi li għandhom ikunu rispettati mill-groundhandlers kollha fl-ajruport tagħhom. Barra minn hekk, il-proposti jikkjarifikaw ir-regoli għas-sottokontrattar.

  • Il-proposti għandhom jikkjarifikaw il-qafas legali għat-taħriġ u t-trasferiment tal-persunal. Il-groundhandling hija industrija intensiva ħafna fix-xogħol (ix-xogħol jammonta għal bejn 65 5 u 80 % tal-ispejjeż). Kwalità għolja u persunal imħarreġ tajjeb huma essenzjali għaż-żamma tas-sikurezza u s-sigurtà tas-servizzi tal-groundhandling, kif ukoll biex ikunu żgurati servizzi ta’ kwalità. Għal dan l-għan, il-proposti ġodda jinkludu dispożizzjonijiet li jsaħħu t-taħriġ u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg stabbli tal-persunal, speċjalment permezz ta’:

  • l-introduzzjoni ta’ possibbiltà ġdida għall-Istati Membri li jimponu rekwiżit fuq il-kumpaniji li jirbħu kuntratti tal-groundhandling fi swieq ristretti għat-trasferiment tal-persunal mid-detentur preċedenti tal-kuntratt bil-kundizzjonijiet eżistenti sħaħ tagħhom.

  • l-istabbiliment obbligatorju ta’ taħriġ minimu għall-persunal.

Barra minn hekk, il-proposti se:

  • isaħħu s-suq tal-groundhandling permezz ta’ approvazzjonijiet nazzjonali ta’ rikonoxximent reċiproku għall-groundhandlers maħruġa mill-Istati Membri. Fi kliem ieħor, approvazzjoni maħruġa fi Stat Membru wieħed tintitola handler li jipprovdi servizzi fi Stat Membru differenti. ‘Rikonoxximent reċiproku’ huwa mekkaniżmu standard użat fis-suq uniku Ewropew biex jitneħħew l-ostakli għall-forniment ta’ servizzi transkonfinali.

  • Jintroduċu trasparenza ikbar fil-mod kif il-linji tal-ajru (u l-handlers tagħhom) jintalbu ħlasijiet għal “infrastrutturi ċentralizzati” fl-ajruporti (pereżempju, tariffi mill-ajruport għall-użu ta’ sistemi tal-ipproċessar ta’ bagalji) u b'liema kundizzjonijiet l-ajruporti stess jistgħu jipprovdu servizzi tal-groundhandling. Dan sabiex jinħoloq livell ekwu ta’ kompetizzjoni li jippermetti handlers indipendenti biex jikkompetu b’mod effikaċi.

TAQSIMA 3 Storbju

Is-sistema attwali

Restrizzjonijiet tal-operat relatati mal-istorbju huma stabbiliti mill-Istati Membri fil-biċċa l-kbira tal-ajruporti Ewropej. Ir-restrizzjonijiet jipproteġu lill-persuni li joqgħodu ħdejn l-ajruporti mill-effetti tal-istorbju tal-ajruplani u jiffurmaw parti minn strateġija iktar wiesgħa ta’ tnaqqis tal-istorbju li għandha erba’ elementi prinċipali. Dawn l-elementi huma: tnaqqis mis-sors (ajruplani inqas storbjużi); ippjanar u ġestjoni tal-użu tal-art; proċeduri operazzjonali tat-tnaqqis tal-istorbju (pereżempju l-evitar ta’ titjiriet eċċessivi f’żona speċifika), u restrizzjonijiet tal-operat (pereżempju projbizzjonijiet ta’ titjiriet matul il-lejl). Minħabba li dawn il-miżuri jistgħu jnaqqsu l-kapaċità disponibbli fl-ajruporti kif ukoll l-impatt tal-linji tal-ajru li mhumiex tal-UE, il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għandu jsegwi prinċipji internazzjonali dwar il-ġestjoni tal-istorbju (l-approċċ ibbilanċjat stabbilit mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO)).

Ir-regoli attwali

Skont id-Direttiva 2002/30, l-Istati Membri huma obbligati li jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju jibbilanċjaw b'attenzjoni l-ħtieġa ta' protezzjoni mill-istorbju għar-residenti ħdejn l-ajruporti mal-impatt possibbli ta' dawn ir-restrizzjonijiet fuq it-traffiku tal-ajru. Il-proċess li għandu jkun segwit, inklużi l-valutazzjonijiet tal-istorbju, għandhom jivvalutaw b’mod xieraq il-proporzjonalità, il-kosteffettività u t-trasparenza tar-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju.

X’inhi l-problema?

Għad hemm ħafna inkonsistenzi dwar kemm għandu jkun hemm restrizzjonijiet madwar l-Ewropa. F’xi każijiet, ir-restrizzjonijiet tal-istorbju jistgħu ma jkunux kompatibbli mal-iktar kundizzjonijiet operazzjonali sikuri għall-operat ta’ titjiriet f’ajruport. Jista’ jkun hemm impatt eċċessiv fuq il-kapaċità ta’ ajruport minħabba r-restrizzjonijiet tal-istorbju, li min-naħa tiegħu jista' jkollu effetti indiretti fuq ajruporti oħra. Ir-restrizzjonijiet tal-istorbju jista’ jkollhom ukoll impatti ambjentali bħal rotot ta’ stennija addizzjonali (additional holding patterns) li jistgħu jkunu rikjesti mingħand ajruplan li jkun se jillandja. Ir-restrizzjonijiet tal-istorbju jistgħu jinkoraġġixxu wkoll żvilupp ulterjuri ħdejn l-ajruport li għandu jitħalla mhux ostakolat sabiex jitnaqqas l-impatt tal-istorbju fuq l-operazzjonijiet tal-ajruport. Fl-aħħar nett, minn perspettiva proċedurali, ħafna drabi hemm it-tendenza li r-restrizzjonijiet tal-istorbju ‘jitnaqqxu fil-ġebel’ mingħajr reviżjoni, jiġifieri li tekniki operazzjonali ġodda jew soluzzjonijiet teknoloġiċi jew teknoloġija tal-ajruplani ma jkunux jistgħu jkunu mobilizzati faċilment.

Il-proposti l-ġodda

Il-proposti għandhom l-għan li jtejbu l-proċeduri użati għall-istabbiliment ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju fl-ajruporti tal-UE, sabiex ikunu mtejba ċ-ċarezza u t-trasparenza u jkun rifless aħjar l-‘approċċ ibbilanċjat’. Dan se joħloq approċċ Ewropew komuni għall-istabbiliment tar-restrizzjonijiet tal-istorbju. L-għan huwa li jitjieb il-mod kif jiġu implimentati r-restrizzjonijiet iktar milli jinħoloq dubju dwar il-bżonn leġittimu li r-residenti jiġu protetti minn storbju eċċessiv tal-ajruporti.

Il-proposti l-ġodda se:

  • Jippermettu lill-awtoritajiet tal-ajruporti li jeliminaw bil-mod il-mod l-ajruplani li jagħmlu l-iktar storbju u li jistgħu jikkawżaw ammont sproporzjonat ta’ storbju. Dan ifisser li għandha tiġi riveduta d-definizzjoni skaduta ta’ ajruplani li jikkonformaw marġinalment biex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi fit-teknoloġija.

  • Jagħtu lill-Kummissjoni r-rwol ta’ skrutinju, ex ante, dwar miżuri ġodda dwar l-istorbju, bl-għan li jkun żgurat approċċ konsistenti fl-Ewropa kollha. Il-proposti mhumiex dwar l-istabbiliment ta’ mira għall-istorbju, iżda dwar il-proċeduri qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet. L-għan huwa li jkun żgurat li r-restrizzjonijiet tal-istorbju jridu ikunu ġġustifikati, b’mod trasparenti u huma mmexxija mill-evidenza u jsegwu “l-approċċ ibbilanċjat” miftiehem mill-entità tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli fil-livell internazzjonali (L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili internazzjonali (ICAO)). Madankollu, din ir-reviżjoni hija tajba biss għall-Kummissjoni u mhix se tissostitwixxi deċiżjoni ta’ Stat Membru.

  • Tinkludi passi prattiċi bħala appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ miżuri inklużi: il-kjarifika tar-rabtiet bejn il-miżuri tal-istorbju u l-ġestjoni tal-ajruport; it-titjib tal-immappjar tal-istorbju u l-appoġġ amministrattiv biex ikun żgurat l-użu effiċjenti tal-ispazju tal-ajru Ewropew;

Il-proposti għandhom jippermettu lill-ajruporti biex 'jifirdu' it-tkabbir tat-traffiku tal-ajru mil-livell ta’ inkonvenjent kkawżat mill-istorbju li jbatuh ir-residenti lokali, filwaqt li fl-istess ħin jippermettu protezzjoni mtejba mill-istorbju tal-preservazzjoni tat-tkabbir u l-kontribut ekonomiku li tagħti.

Aktar tagħrif

http://ec.europa.eu/transport/air/airports/airports_en.htm

IP/11/1484

http://ec.europa.eu/transport/air/airports/doc/2011-airport-package-citizens-summary_en.pdf

http://ec.europa.eu/avservices/video/videoplayer.cfm?ref=I071007

Forecast airport congestion (SAMPLE AIRPORTS)

Airport

2010

2017

2025

Capacity assumptions

Amsterdam Schiphol

Demand exceeds capacity during part of day

Demand exceeds capacity during part of day

Demand exceeds capacity during part of day

Assumes annual movement cap raised to 510,000 in November 2010 but no further increase

Dublin

Sufficient capacity most or all day

Sufficient capacity most or all day

Sufficient capacity most or all day

Second runway built when needed

Düsseldorf

Demand exceeds capacity most or all day

Demand exceeds capacity most or all day

Demand exceeds capacity most or all day

Assumed 10% increase in capacity in 2015 but no further increase

Frankfurt

Demand exceeds capacity most or all day

Sufficient capacity most or all day

Demand exceeds capacity during part of day

New runway (2011) and terminal (2015) allow increases from 83 to 126 movements/hour

London Gatwick

Demand exceeds capacity most or all day

Demand exceeds capacity most or all day

Demand exceeds capacity most or all day

Assumes no new runway but increase of 2-3 movements/hour on current runway

London Heathrow

Demand exceeds capacity most or all day

Demand exceeds capacity most or all day

Demand exceeds capacity most or all day

Assumes no third runway, or mixed mode, or relaxation of annual movement cap.

Madrid Barajas

Demand exceeds capacity during part of day

Demand exceeds capacity during part of day

Demand exceeds capacity during part of day

Assumes ATC improvements increase capacity from 98 to 120 movements/hour by 2020 (increase phased in from 2014)

Milan Linate

Demand exceeds capacity most or all day

Demand exceeds capacity most or all day

Demand exceeds capacity most or all day

Assumes no amendment to Bersani Decree

Munich

Demand exceeds capacity during part of day

Sufficient capacity most or all day

Demand exceeds capacity during part of day

Assume third runway operational by 2017

Palma de Mallorca

Sufficient capacity most or all day

Sufficient capacity most or all day

Sufficient capacity most or all day

Assume additional capacity added when required

Paris CDG

Demand exceeds capacity during part of day

Demand exceeds capacity during part of day

Demand exceeds capacity most or all day

Assumes increase from 114 to 120 movements/hour by 2015, but no further increase (e.g. fifth runway)

Paris Orly

Demand exceeds capacity most or all day

Demand exceeds capacity most or all day

Demand exceeds capacity most or all day

Assumes no relaxation of annual slot cap

Rome Fiumicino

Demand exceeds capacity during part of day

Demand exceeds capacity during part of day

Demand exceeds capacity during part of day

Assume improved ATC allowing 100 movements/hour but no new runway

Vienna

Demand exceeds capacity during part of day

Demand exceeds capacity during part of day

Demand exceeds capacity during part of day

Assume third runway operational in 2020, initially allowing 80 movements/hour increasing to 90 movements/hour by 2025

Hours per day demand exceeds capacity

Airport

2010

2012

2017

2025

Dublin

1

3

0

0

London Gatwick

14

14

14

17

London Heathrow

15*

15*

15*

15*

Madrid Barajas

6

12

6

12

Paris CDG

8

11

12

15

Palma de Mallorca

2

2

2

3

Rome Fiumicino

5

6

6

9

Vienna

5

5

9

5

Note: Covers daytime period (16-18 hours depending on airport).

* Very limited capacity available in some off-peak hours, but cannot be allocated due to annual movement cap – in effect airport is full all day, year-round.

Source: Steer Davies Gleave, Impact assessment of revisions to Regulation 95/93, March 2011

1 :

EUROCONTROL ‘Challenges of Growth 2008’ (Sfidi għat-Tkabbir 2008) http://www.eurocontrol.int/statfor/public/subsite_homepage/homepage.html

2 :

EUROCONTROL ‘Performance Review Report 2010’ by the Performance Review Commission. (Rapport tal-Analiżi tal-Prestazzjoni 2010 mill-Kumitat tal-Analiżi tal-Prestazzjoni) http://www.eurocontrol.int/prc u EUROCONTROL CODA Rapport 2010 disponibblifuq:http://www.eurocontrol.int/coda/public/standard_page/coda_public_application.html


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site