Navigation path

Left navigation

Additional tools

MEMO/11/13

Brussels, il-11 ta’ Jannar 2011

Dikjarazzjoni konġunta tal-Viċi President u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, il-Kummissarju tal-UE għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs, u l-Kummissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja, Kristalina Georgieva, dwar is-sitwazzjoni fil-Ħaiti, sena wara t-terremot.

"Sena wara li t-terremot terribbli laqgħat lill-Ħaiti u weġġa' aktar minn miljun persuna, aħna rridu naffermaw mill-ġdid li l-għajnuna lill-pajjiż sabiex jerġa' jirkupra tibqa' prijorità tal-UE. Aħna konna sieħeb sod fil-Ħaiti u se nibqgħu impenjati bis-sħiħ u fit-tul sabiex ngħinu fil-bini mill-ġdid tal-pajjiż u sabiex ngħinu lin-nies tiegħu jibnu ġejjieni aħjar.

Illum, is-sitwazzjoni politika tal-pajjiż qed tħassibna ħafna. L-instabbiltà ta' bħalissa qed twaqqaf lill-għajnuna umanitarja tal-UE milli tasal għand in-nies fil-bżonn u b'hekk il-proċess għall-bini mill-ġdid għaddej aktar bil-mod u sar aktar kumpless. Din is-sitwazzjoni qiegħda tagħmel ħafna ħsara lir-rieda komuni tagħna sabiex inpoġġu lill-Ħaiti f'pożizzjoni aktar b'saħħitha sabiex tibda timxi fit-triq tal-istabbiltà, tal-iżvilupp tal-bniedem u tat-tnaqqis sostnut tal-faqar.

Għalhekk, aħna rridu nħeġġu lill-awtoritajiet tal-Ħaiti sabiex jiżguraw il-kundizzjonijiet għal elezzjonijiet ħielsa u trasparenti, u qegħdin insejħu lin-nies tal-Ħaiti sabiex jibqgħu kalmi u sabiex jippareteċipaw b'mod paċifiku fit-tieni rawnd ta' elezzjonijiet.

L-istabbiltà u l-funzjonament demografiku tal-Ħaiti hija prekondizzjoni sabiex jiġi żgurat li l-UE, u l-komunità internazzjonali, jikkooperaw ma' sieħeb leġittimu, kapaċi li jiddefinixxi l-ħtiġijiet prijoritajri tal-pajjiż.

Fl-aħħar 12-il xahar, l-UE mmobilizzat bis-sħiħ sabiex tipprovdi kemm għajnuna umanitarja kif ukoll għajnuna għall-iżvilupp sabiex il-pajjiżi jinbena mill-ġdid. Wara d-diżastru, l-UE mill-ewwel irrilaxxat EUR 3 miljun għall-ħtiġijiet umanitarji u ta' emerġenza li żdiedu b'mod gradwali sakemm fl-aħħar tal-2010 laħqu l-EUR 120 miljun. Aħna pprovdejna tined, ikel, ilma nadif, xeltrijiet, ħaddiema fis-settur tas-saħħa, li għenu sabiex tiġi evitata katastrofi sanitarja. L-għajnuna umanitarja għadha s'issa attiva bil-kbir. L-UE qiegħda fuq quddiem sabiex tassisti lill-Ħaiti fil-ġlieda kontra l-epidemija tal-kolera, permezz tal-kura tas-saħħa, bini ta' latrini bla perikli, distribuzzjoni ta' ilma nadif, u t-taħriġ għal prattiki ta' iġenje.

Aħna rridu nagħmluha ċara wkoll li l-UE hija l-ewwel donatur globali lill-Ħaiti, u li aħna rrispettajna l-wegħdiet li saru matul il-konferenza tad-Donaturi Internazzjonali f'Marzu 2010: l-UE wegħdet EUR 1.2 biljun sabiex tgħin lill-gvern tal-Ħaiti fl-oqsma kollha fi prospettiva għal perjodu qasir u dak fit-tul. Illum nistgħu ngħidu li l-UE impenjat EUR 600 miljun, li jirrappreżentaw aktar minn nofs il-fondi mwiegħda. Il-Kummissjoni waħedha wegħdet EUR 522 miljun u impenjat EUR 330 miljun.

Malli l-awtoritajiet tal-Ħaiti bagħtu għall-għajnuna, il-Kummissjoni ffukat l-appoġġ tagħha sabiex tikkonsolida l-funzjonijiet ċentrali tal-istat, speċjalment il-ħlas tas-salarji lill-għalliema, ħaddiema tas-saħħa u protezzjoni ċivili, u sabiex issaħħaħ mill-ġdid u tibni mill-ġdid l-infrastrutturi u t-toroq strateġiċi. L-UE kkombinat l-għajnuna mal-irkupru; aħna żgurajna koordinazzjoni, kemm mal-Istati Membri tagħna u donaturi internazzjonali oħrajn, kif ukoll mal-gvern tal-Ħaiti; aħna ħdimna f'setturi speċifiċi bħas-saħħa, l-ilma, xeltrijiet u ikel.

Madankollu, wieħed għandu jirrealizza li sitwazzjoni li diġà kienet diffiċli qabel it-terremot saret sfida kbira ħafna wara t-terremot u wara anki aktar ikkumplikata – minħabba l-uragan Tomas, l-epidemija tal-kolera, u l-instabbiltà politika. Il-ħaddiema tal-għajnuna u l-esperti tekniċi bosta drabi ħadmu f'kundizzjonijiet diffiċli ħafna.

Illum, aħna konxji bis-sħiħ li s-sitwazzjoni xejn mhija sodisfaċenti, u f'ċerti oqsma saret agħar ukoll. Madankollu, dan ma jfissirx li l-isforzi tagħna kienu dgħajfa, jew li l-flus u l-kompetenzi tagħna kienu għal xejn. Hija ħaġa reali li mingħajr l-appoġġ sod tal-UE, il-pajjiż seta' waqa' kompletament u li s-sitwazzjoni segħet tkun ħafna agħar.

Sena wara, aħna rridu nesprimu għal darba oħra li l-UE se tirrispetta l-impenji tagħha u tibqa' soda fis-solidarjetà tagħha man-nies tal-Ħaiti."

Aktar tagħrif:

Il-komunikati stampa dwar il-Ħaiti, sena wara t-terremot

http://europa.eu/press_room/press_packs/Ħaiti/index_en.htm

Skeda informattiva – 'Ħaiti, sena wara – L-azzjoni tal-Ewropa fil-Ħaiti' (ara l-komunikati stampa u l-MEMO/11/10)

Websajt tas-Servizz ta' Azzjoni Esterna tal-Unjoni Ewropea:

http://www.eeas.europa.eu/index_en.htm

Websajt tad-DĠ għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni – EuropeAid

http://ec.europa.eu/europeaid/index_en.htm

Websajt tad-DĠ għall-Għajnuna Umanitarja u r-Rispons għall-Kriżijiet

http://ec.europa.eu/echo/index_en.htm

Websajt tal-Kummissarju tal-UE għall-Iżvilupp Andris Piebalgs:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/piebalgs/index_en.htm

Websajt għall-Kummissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja u r-Rispons għall-Kriżijiet Kristalina Georgieva

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/georgieva/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website