Navigation path

Left navigation

Additional tools

MEMO/10/468

Brussell, l-4 ta' Ottubru 2010

Kif qed jiġu aġġustati s-salarji/il-pensjonijiet tal-ħaddiema taċ-ċivil tal-UE

Ir-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxu regoli ċari dwar l-aġġustament annwali tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet għall-ħaddiema taċ-ċivil tal-UE, u jorbtuhom mal-evoluzzjoni tas-salarji fi tmien Stati Membri li jirrappreżentaw 76% tal-PDG tal-UE. Għaldaqstant, is-salarji tal-ħaddiema taċ-ċivil tal-UE jiċċaqalqu b'konformità mas-salarji tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali fit-tmien pajjiżi kkonċernati (DE, FR, UK, IT, ES, NL, BE, LU). Dawn ir-regoli ma jagħtu l-ebda libertà lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill sabiex japplikaw kriterji oħrajn.

Il-metodu sabiex jiġu aġġustati r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet kien parti integrali tal-pakkett sħiħ ta' riforma tal-2004, li inkluda l-ħolqien tal-kategorija tal-aġenti kontrattwali b'salarji aktar baxxi; età akbar tal-irtirar, inqas drittijiet tal-pensjoni, kontribuzzjonijiet ogħla tal-pensjoni, intaxxar speċjali li jogħla kull sena sal-2012 (għal massimu ta' 5.5%), u salarji inqas tar-reklutaġġ. Il-metodu għall-aġġustament skont ir-Regolamenti tal-Persunal jiżgura livell parallel bejn l-iżvilupp tal-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali u tal-ħaddiema taċ-ċivil Ewropej u jirrifletti l-iżviluppi fl-għoli tal-ħajja fi Brussell (l-ammont tal-aġġustament huwa kkalkulat billi l-indiċi li jirrappreżenta l-varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja fi Brussell jiġi mmultipplikat bl-indikatur speċifiku li jkejjel it-tibdiliet fil-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali).

L-EUROSTAT ikkalkulat l-aġġustament abbażi tad-dejta statistika pprovduta mit-tmien Stati Membri u l-Kunsill irid jieħu deċiżjoni qabel it-tmiem ta' kull sena.

Dejjem ikun hemm dewmien ta' sena minħabba li l-aġġustament annwali tas-salarji tal-uffiċjali tal-UE huwa bbażat fuq iċ-ċifri pprovduti mill-Istati Membri li jirriflettu l-iżviluppi matul is-sena preċedenti ta' referenza u li jiddeterminaw l-aġġustament tas-salarji tas-servizz pubbliku għas-sena ta' wara.

Maż-żmien il-metodu wera kemm huwa importanti bħala mekkaniżmu li huwa ġust għall-persunal u għaċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi billi jorbot l-aġġustament tas-salarji fl-istituzzjonijiet Ewropej mal-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali. Ipprevjena wkoll il-ħtieġa ta' kontestazzjonijiet mal-Kunsill fin-negozjati annwali dwar is-salarji mal-Kunsill.

X'inhi s-sitwazzjoni għall-2011? Tnaqqis ta' 0.4%1 – din hija ċ-ċifra proviżorja għall-aġġustament ta' remunerazzjoni tal-ħaddiema taċ-ċivil tal-UE għal din is-sena; dan jista' jirriżulta fi

  • tnaqqis ta' 2.8% din is-sena fil-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema taċ-ċivil tal-UE (tnaqqis ta' 0.4% u żieda ta' 2.4% fil-għoli tal-ħajja); kif ukoll

  • tnaqqis ta' kważi 6% tal-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema taċ-ċivil tal-UE fil-perjodu ta' bejn l-2004 u l-2010 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu għall-aġġustament annwali ta' remunerazzjoni li ġie stabbilit fir-Regolament tal-Persunal sa mir-riforma tal-2004

Il-ħaddiema taċ-ċivil tal-UE jikkondividu t-tbatija tal-uffiċjali nazzjonali meta s-salarji tagħhom jonqsu. Dan juri l-effettività tal-Metodu, li jiżgura livell parallel bejn it-tibdiliet fil-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali u dawk tas-servizz pubbliku Ewropew.

Is-sena l-oħra l-kritika kontra l-metodu ħolqot dewmien fl-ikkalkular tas-salarji tas-servizz ċivili nazzjonali.

X'qed jiġri fil-kawża tal-Qorti (C-40/10 il-Kummissjoni vs il-Kunsill)?

Is-sena l-oħra l-Kunsill iddeċieda b'mod unanimu li ma jsegwix il-proposta tal-Kummissjoni li kkunsidrat iż-żidiet li kien hemm fl-Istati Membri. Il-Kunsill adotta żieda ta' 1.85% minflok dik ta' 3.7% kkalkulata skont il-Metodu stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattat u tal-Liġi tal-UE u appoġġjata mill-Parlament, b'riżultat ta' dan ressqet rikors għal annullament kontra r-Regolament tal-Kunsill talli kiser ir-Regolamenti tal-Persunal. Din il-kawża għadha pendenti, u s-smigħ huwa mistenni jsir fil-21 ta' Ottubru 2010 filwaqt li s-sentenza hija mistennija tingħata fl-ewwel nofs tal-2011.

1 :

Dawn iċ-ċifri huma proviżorji u għad iridu jiġu vvalidati mill-awtoritajiet tal-istatistika tal-Istati Membri.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website