Navigation path

Left navigation

Additional tools

MEMO/09/255

Brussell, id-29 ta' Mejju 2009

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)

Liema għajnuna se tingħata lil Franza ?

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) hu ffinanzjat barra l-baġit Komunitarju normali. Qabel ma tista’ tiġi mħallsa l-għajnuna, l-awtorità baġitarja (il-Kunsill u l-Parlament Ewropew) għandha għalhekk tadotta l-proposta baġitarja kkoreġuta li l-Kummissjoni se tippreżentalha. Għalhekk, il-mezzi baġitarji probabbilment mhumiex se jkunu disponibbli qabel Ottubru. L-għajnuna tista’ tintuża b’mod retroattiv ( ara: IP/09/850 ).

Liema se jkun il-pass li jmiss ?

Sabiex tingħata l-għajnuna tal-Fond ta' Solidarjetà lil Franza, il-Kummissjoni se titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jikkostitwixxu l-awtorità baġitarja tal-Unjoni, sabiex jadottaw dak li nsejħu baġit ikkoreġut. Wara, il-Kummissjoni u Franza se jiffirmaw ftehim li jistipula t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-għajnuna.

Qagħda fi Franza

Il-maltempata laqtet b’mod partikolari s-settur forestali (aktar minn 60 % tal-ħsarat) kif ukoll lill-impriżi u r-residenzi privati (aktar minn 25 % tad-danni). Hi wasslet ukoll għal konsegwenzi fuq l-infrastrutturi (trasport, dawl ilma u telekomunikazzjonijiet) kif ukoll fuq is-settur agrikolu, li kien jeħtieġ operazzjonijiet ta' tindif. Tnax-il persuna mietu f’din il-katastrofi u 400 sfaw imweġġgħa. Fl-aħħar, għandhom jiġu previsti konsegwenzi importanti għall-industriji tal-karti u tal-injam, li jirrappreżentaw parti kbira tal-ekonomija taż-żoni milquta.

Il-Fond ta’ Solidarjetà jista’ jintervjeni biss minn ċertu limitu, iffissat għal Franza għal EUR 3,4 biljun ta’ ħsarat. Id-danni diretti kkaġunati mill-maltempata Klaus ġew ivvalutati għal EUR 3,8 biljun, li jippermetti għalhekk li tiġi attivata l-għajnuna Ewropea.

Għaliex il-Kummissjoni ħadet aktar minn erba' xhur sabiex tirreaġixxi ?

Il-Kummissjoni ma tistax tirreaġixxi minn jeddha, hi tiddependi minn talba formali mill-pajjiż ikkonċernat. It-talba Franċiża ta’ għajnuna finanzjarja għall-FSUE ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni fit-2 ta’ April, b’rispett tad-dawma regolamentari ta’ 10 ġimgħat wara l-katastrofi. Sadanittant, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu f’kuntatt mill-qrib mal-awtoritajiet Franċiżi sabiex jgħinuhom iħejju din it-talba.

Is-servizzi tal-Kummissjoni eżaminaw minnufih it-talba fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà. Huma kkonkludew li l-maltempata tissodisfa l-kriterji ta’ katastrofi maġġuri naturali li l-Fond ta’ Solidarjetà jista’ jiġi mobilizzat għaliha.

It-talba Franċiża indikat l-akbar ħsarat. Għaliex ma ġewx ikkunsidrati bis-sħiħ?

Ħsarat oħra indikati fit-talba ta’ intervent Franċiża bħal telf ta’ dħul u ta’ produzzjoni minħabba l-waqfien tal-attivitajiet ekonomiċi u l-ħsarat ipotetiċi bħall-valur stmat marbut mat-telf tal-effett ta’ «pompa bijoloġika tal-karbonju» tal-foresta meqruda ma tqisux fil-kalkolu tal-għajnuna billi ma tqisux bħala ħsarat diretti.

Kif jiġi kkalkulat l-ammont tal-għajnuna?

Dan hu l-metodu ta’ kalkolu tal-għajnuna applikat għall-interventi kollha tal-FSUE : jingħata ammont ta‘ għajnuna li jirrappreżenta 2,5 % tal-ammont totali tal-ħsarat diretti fi ħdan il-limitu tal-intervent tal-Fondi, kif ukoll ammont ta’ għajnuna ta' 6 % għall-parti tal-ħsarat li taqbeż il-limitu.

Min se jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-għajnuna ?

Il-Kummissjoni se tikkonkludi ftehim għall-implimentazzjoni tal-għajnuna ma’ Franza li mbagħad se tkun responsabbli li tagħżel il-proġetti u li tikkontrollahom. Hi se jkollha sena mid-data tal-għoti tal-għajnuna biex tonfoq il-flus. Sitt xhur wara, Franza se tippreżenta rapport dwar l-użu tal-għajnuna għall-Kummissjoni.

X’jista’ jiġi ffinanzjat mill-Fondi ?

Il-ħlasijiet mill-Fondi huma llimitati għall-finanzjament tal-operazzjonijiet ta’ emerġenza mmexxija mill-awtoritajiet pubbliċi li jieħdu f'idejhom il-ħsarat li ma jistgħux jiġu assigurati (bħas-servizzi ta' salvataġġ, ir-restawr tal-infrastrutturi, l-akkomodazzjoni provviżorja, it-tindif, eċċ.).

Il-ħsarat privati u t-telf tad-dħul, kif ukoll fl-agrikultura ma jistgħux jintraddu lura. L-għajnuniet għandhom jinsabu permezz tal-programmi rigward l-iżvilupp sostenibbli – b’mod partikolari l-Programm ta’ Żvilupp Rurali għall-2007-2013 iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

Il-Kummissjoni sejra tapprova l-iskema ta’ għajnuna notifikata minn Franza wara l-maltempata Klaus?

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tistudja skema ta’ għajnuna notifikata minn Franza wara l-maltempata Klaus. Se tittieħed deċiżjoni dalwaqt .

Il-Fond ta’ Solidarjetà - Storja

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) inħoloq wara l-għargħar li laqtu lill-Ewropa ċentrali tul is-sajf tal-2002. Huwa jagħti għajnuniet finanzjarji għal miżuri ta’ urġenza lill-Istati Membri u lil pajjiżi li qegħdin jinnegozjaw is-sħubija tagħhom mal-UE, milquta minn katastrofu naturali maġġuri.

Fil-prinċipju, l-interventi tal-Fondi huma limitati għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ urġenza mmexxija mill-awtoritajiet pubbliċi biex jindirizzaw il-ħsarat li ma jistgħux jiġu assigurati. pereżempju, restawr tal-infrastrutturi jew akkomodazzjoni provviżorja. Il-ħsarat mġarrba mill-persuni privati jew it-telf ta’ dħul ma jistgħux jintroddu lura.

Fis-6 ta’ April 2005, il-Kummissjoni ppreżentat proposta ta’ regolament rivedut li jistipula kriterji aktar sempliċi u aktar ċari għal attivazzjoni f’waqtha tal-FSUE (li tippermetti li tagħti ħlas bil-quddiem.) Din il-proposta ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-Parlament Ewropew iżda, s'issa, ma kien hemm l-ebda progress fil-Kunsill, jiġifieri fuq livell tal-Istati Membri.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website