Navigation path

Left navigation

Additional tools

It-triq għall-fejqan: il-pakkett ta’ Koeżjoni - Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-kontribuzzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-Pjan ta’ Fejqan tal-Ekonomija Ewropea

European Commission - MEMO/08/740   26/11/2008

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET LT LV PL SK SL BG RO

MEMO/08/740

Brussell, 26 ta’ Novembru 2008

It-triq għall-fejqan: il-pakkett ta’ Koeżjoni - Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-kontribuzzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-Pjan ta’ Fejqan tal-Ekonomija Ewropea

X’inhu r-rwol tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-pjan ta’ fejqan?

  • Il-Politika ta’ Koeżjoni tirrappreżenta aktar minn terz tal-baġit tal-UE: EUR 347 se jiġu investiti f'madwar żewġ miljuni proġetti kofinanzjati fir-reġjuni u fl-Istati Membri fl-UE fl-2007-2013. Dawn l-investimenti jipprovdu sors sigur ta’ finanzjament fl-ekonomija reali biex jiġu indirizzati sfidi għal tul twil ta’ żmien. Dawn jiffokaw fuq il-ħolqien ta’ impjiegi u ta’ żvilupp sostenibbli permezz ta’ appoġġ għall-prijoritajiet tal-Istrateġija ta’ Liżbona bħan-netwerks moderni ta’ infrastruttura, l-aċċess għall-broadband, is-sostenn għan-negozji żgħar, l-innovazzjoni, l-ambjent, ir-riżorsi umani u t-taħriġ.
  • Il-kontribuzzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-pakkett ta’ fejqan tal-Kummissjoni tikkonsisti f’varjetà ta’ miżuri, leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi. L-għan ewlieni hu li jitħaffu l-pagamenti tal-Istati Membri u li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-Fondi Strutturali, li għandhom jgħinu biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-proġetti fil-post u jimlew b’fiduċja u b’dinamiżu l-ekonomija Ewropea.

Kemm tħallsu diġà flus bil-quddiem lill-Istati Membri?

Fl-2007-08 l-Istati Membri kollha rċevew 5 % tat-total tal-allokazzjonijiet tal-Fondi Strutturali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) u mill-Fond Soċjali Ewropew (ESF). Fir-rigward tal-Fond ta’ Koeżjoni: Spanja, il-Portugall u l-Greċja rċevew ħlas bil-quddiem li jammonta għal 2 % fl-2007 u għal 3 % fl-2008. L-Istati Membri tal-EU-12 irċevew 2.5 % fl-2007 u 4 % fl-2008.

Finanzjament bil-quddiem mill-Kummissjoni:
 
 
Valur relattiv
Valur assolut (f’biljuni ta’ EUR)
 
2007
2008
2007-2008
2007-2008 
Fondi Strutturali
 
 
 
 
UE- 15
2%
3%
5%
 7.60
UE -12
2%
3%
5%
 5.7
Kooperazzjoni transkonfinali tal-UE
2%
3%
5%
0.39
Fond ta’ Koeżjoni
 
 
 
 
UE-15 (3 pajjiżi)
2%
3%
5%
 0.51
UE -12
2,5%
4%
6,5%
 3.8
TOTAL



18.0

Il-pjan ta’ fejqan jipproponi ħlas addizzjonali bil-quddiem fl-2009. Għalkemm jammonta?

Il-Kummissjoni qed tipproponi li temenda r-regolamenti ġenerali dwar l-ERDF, l-ESF u l-Fondi ta’ Koeżjoni biex tippermetti pagamenti addizzjonali bil-quddiem, kif ġej:

  • Għall-Fondi Strutturali, l-Istati Membri tal-UE-12 se jirċievu 2 % addizzjonali fl-2009 jew EUR 2,3 biljun (aktar mit-2 % li diġà previsti) u l-UE-15 se jirċievu 2.5 % li jirrappreżentaw madwar EUR 3,8 biljun. Il-programmi li jaqgħu taħt il-Kooperazzjoni Transkonfinali tal-UE se jirċievu wkoll 2 % addizzjonali ta’ ħlas bil-quddiem fl-2009 li jammonta għal madwar EUR 155 miljun.
  • M’hemm ebda tibdil fir-rigward tal-Fond ta' Koeżjoni: Spanja, il-Greċja u l-Portugall se jirċievu ħlas bil-quddiem ta’ 2.5 % fl-2009 u l-Istati Membri tal-UE-12 se jirċievu 4 %.

B’kollox, għas-27 Stat Membru, dawn il-miżuri se jitfgħu EUR 6,25 biljun addizzjonali fil-pakkett finanzjarju miftiehem għal kull Stat Membru.

Finanzjament bil-quddiem mill-Kummissjoni fl-2009
Ħlas bil-quddiem fl-2009 qabel il-pjan ta’ fejqan, f’biljuni ta’ EUR (f’% tal-allokazzjoni totali)
Ħlas bil-quddiem fl-2009 miżjuda mill-pjan ta’ fejqan, f’biljuni ta’ EUR (f’% tal-allokazzjoni totali)
Total ta’ ħlas bil-quddiem fl-2009 f’biljuni ta’ EUR
Fondi Strutturali
 
 
 
UE- 15
0
3.80 (2.5%)
3.80
UE -12
2.29 (2%)
2.29 (2%)
 4.58
Kooperazzjoni Transkonfinali tal-UE
0.08 (2%)
0.16 (2%)
0.24
Fond ta’ Koeżjoni
 
 
 
UE -15
(3 pajjiżi)
0.26 (2.5%)
0
 0.26
UE -12
2.37 (4%)
0
 2.37
Total
5.0
6.25
11.25

Meta se jingħata l-ħlas ġdid bil-quddiem?

Fl-2009, il-ħlas bil-quddiem se jingħata hekk kif ir-regolament emendat jiġi adottat, normalment dan għandu jkun fi żmien 30 ġurnata wara l-adozzjoni tar-regolament.

Kif taħdem fil-prattika s-sistema tal-pagamenti tal-koeżjoni?

Il-pagamenti mill-Kummissjoni jsiru fi tliet stadji:

  • finanzjament bil-quddiem (ħlas bil-quddiem)
  • pagamenti proviżorji
  • pagament tal-bilanċ finali

Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar programm operattiv, tiġi allokata somma ta' finanzjament bil-quddiem għall-perjodu 2007-13. Din tingħata bin-nifs, kif definit fit-tabelli hawn fuq. Il-pagamenti proviżorji jsiru abbażi ta' evidenza dokumentata tan-nefqa mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

Kif jistgħu l-Istati Membri jaffordjaw li jqabblu l-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni li jirċievu minn Brussell meta t-teżori nazzjonali tagħhom diġà jinsabu taħt pressjoni?

Il-ħlas bil-quddiem għandu l-għan li jipprovdi likwidità immedjata fil-fażi inizjali tal-perjodu tal-programm biex jiġu ffaċilitati l-pagamenti lill-benefiċjarji tal-proġett. L-Istati Membri huma obbligati li jirrispettaw ir-rati minimi ta’ kofinanzjament nazzjonali stabbiliti mir-regolamenti (dawn għandhom firxa bejn 15 % sa 50 %, skont il-programm), iżda s-sistema hi flessibbli. L-Istati Membri jistgħu jvarjaw il-kontribuzzjonijiet tal-Komunità u nazzjonali fi proġetti individwali fi ħdan programm: pereżempju xi operazzjonijiet jistgħu jiġu 100 % iffinanzjati mill-Fondi Strutturali fl-2009 jekk ibbilanċjati b'operazzjonijiet iffinanzjati b'mod nazzjonali sal-aħħar tal-perjodu tal-programm.

X’tibdiliet leġiżlattivi oħra jista’ jiġu kkunsidrati?

Il-Kummissjoni pproponiet aktar emendi fil-leġiżlazzjoni bl-għan ewlien li titħaffef l-implimentazzjoni fil-post. B'mod partikolari, l-għan hu:

  • li titħaffef l-implimentazzjoni ta’ proġetti prinċipali billi jiġu aċċettati talbiet ta’ pagamenti qabel ma proġett jiġi approvat formalment mill-Kummissjoni
  • li jiġu ssimplifikati r-regoli ta’ eliġibilità biex ikunu jistgħu jsiru rimborżi b’rata fissa għal ċerti spejjeż (pereżempju s-servizzi ta’ tindif flimkien u tas-sigurtà fil-parks b’attivitajiet ekonomiċi). Dan għandu jinvolvi l-emenda tal-Artikolu 56 tar-regolament ġenerali dwar il-Fondi Strutturali.
  • li jiġi ssimplifikat it-trattament tal-ħlas bil-quddiem mogħti lill-benefiċjarji f’forma ta’ għajnuna statali. Fil-prattika, dan ifisser li l-ħlas ta' għajnuna statali mogħti lill-benefiċjarji jista' jkun ta' 100 % tal-għajnuna, filwaqt li jiġu rrispettati kundizzjonijiet oħra.

Il-Kunsill irid jaqbel mat-tibdiliet leġiżlattivi kollha qabel ma dawn jiġu implimentati.

X’appoġġ jistgħu jingħataw l-Istati Membri mill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) jew minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex ma jħallux it-twassil tal-proġetti milli jispiċċaw fix-xejn?

Il-Kummissjoni Ewropea, l-EIB, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-Bank Kreditanstalt für Wiederaufbau waqfu inizjattiva komuni msejħa JASPERS (“Assistenza Komuni b’Appoġġ għall-Proġetti fir-Reġjuni Ewropej") biex jgħinu lill-Istati Membri u lir-reġjuni fil-preparazzjoni ta’ proġetti “prinċipali” (li n-nefqa totali tkun aktar minn EUR 25 miljun fil-każ ta’ proġett ambjentali u ta’ EUR 50 miljun f’oqsma oħra). Il-Kummissjoni trid, flimkien mal-imsieħba tagħha, li testendi b’mod sinfikanti l-possibbiltà li tintuża l-faċilità JASPERS permezz ta’ żieda ta’ 25 % fl-istaff tal-assistenza teknika mill-2009. Bħala riżultat, mistenni li staff ta’ aktar minn 70 espert meta mqabbel mat-58 espert attwali, se jkun disponibbli biex jassisti lill-Istati Membri, fil-preparazzjoni teknika ta’ proġetti prinċipali biex titħaffef l-implimentazzjoni tagħhom.

Il-Kummissjoni qed tinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex 'jagħtu prijorità mill-ġdid’ lill-investimenti ta’ koeżjoni meta titqies is-sitwazzjoni ekonomika mqallba attwali?

Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob lill-Istati Membri biex jistudjaw it-tibdiliet possibbli fil-prijoritajiet u l-għanijiet bl-għan li jitħaffef l-infiq fl-oqsma li għandhom aktar potenzjal ta’ żvilupp. Dan jista’ jinkludi aktar enfasi fuq il-misuri ta' effiċjenza għall-enerġija, inklużi fl-akkomodazzjoni u fit-tisħiħ tal-enfasi fuq l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, li huma l-mutur prinċipali tal-iżvilupp fl-ekonomija Ewropea. Għalhekk il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF) u ma’ msieħba oħra biex jitħaffu u jitwessgħu d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-prodotti ta’ inġinerija finanzjarja għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, bis-saħħa tal-inizjattiva JEREMIE (“Riżorsi Komuni Ewropej għall-SMEs u l-Mikro-Intrapriżi"). Barra minn hekk, il-Kummissjoni, flimkien mal-EIF u mal-EIB u mal-Istati Membri kollha, se tniedi kmieni s-sena d-dieħla żewġ pjattaformi speċifiċi ta’ netwerking bħala forum għall-iskambju ta’ informazzjoni, gwida u prattika tajba.

Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li taħdem mal-Istati Membri biex jiġu ssimplifikati t-twassil u l-kontentut tal-programmi biex titħaffef l-implimentazzjoni.

[ ]


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website