Sélecteur de langues
Chemin de navigation
MEMO/07/606
Brussell, 20 ta' Diċembru 2007
Profil tal-pajjiż:
L-istrateġija magħżula li tikkorrispondi għall-profil
L-għanijiet ġenerali huma:
Baġit globali u s-sehem tal-finanzjament ta' l-UE
|
Assi
|
Nefqa Pubblika Totali
|
Is-sehem ta l-FAEŻR fin-Nefqa Pubblika f' %
|
Il-Kontribut ta' l-FAEŻR
|
|
Assi 1
|
34,280,000
|
75,00%
|
25,710,000
|
|
Assi 2
|
25,025,000
|
80,00%
|
20,020,000
|
|
Assi 3
|
32,986,658
|
75,00%
|
24,740,000
|
|
LEADER
|
3,875,000
|
80,00%
|
3,100,000
|
|
T A
|
4,084,473
|
75,00%
|
3,063,355
|
|
Total
|
100,251,131
|
76%
|
76,633,355
|
L-għan kumplessiv tal-programm
Sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, jiġu żviluppati l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-attrazzjoni komplessiva taż-żoni rurali permezz ta' l-intervent fl-integrazzjoni bejn l-iżvilupp tas-settur agrikolu u tal-forestrija, l-ambjent, it-turiżmu rurali u s-servizzi.
Assi 1: l-allokazzjoni tal-baġit u l-prijoritajiet ewlenin
FAEŻR : € 25,710,000. Finanzjament pubbliku totali: € 34,280,000.
Dan l-assi għandu l-intenzjoni li jtejjeb il-komptettività tas-settur agrikolu.
Il-piż finanzjarju ta' l-assi 1 huwa ta' 34%.
It-tqassim tar-riżorsi, f'termini ta' miżuri, huwa kif ġej: f'dak li jirrigwarda l-kapital fiżiku, 39% jmorru għal azzjonijiet ta' finanzjament ta’ modernizzar ta' l-azjendi agrikoli u għat-titjib fl-infrastrutturi relatati ma' l-iżvilupp u l-adattament ta' l-agrikoltura, u 20% għall-valur miżjud tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija; f'dak li jirrigwarda l-kapital uman, 9% jmur għal servizzi ta' konsulenza u 3% għal azzjonijiet ta' taħriġ vokazzjonali u ta' informazzjoni. L-iskemi ta' kwalità se jiġu appoġġati wkoll permezz tal-programm b'allokazzjoni ta' 5% ta' l-assi kollu.
Assi 2: l-allokazzjoni tal-baġit u l-prijoritajiet ewlenin
FAEŻR : € 20,020,000. Finanzjament pubbliku totali: € 25,025,000.
Dan l-assi għandu l-mira li jtejjeb l-ambjent u l-kampanja permezz ta' l-inkoraġġiment taż-żamma ta' l-attività agrikola u l-promozzjoni ta’ metodi ta' produzzjoni li jiffavorixxu l-ambjent f'konformità mal-wirt rurali.
Il-piż finanzjarju ta' l-assi 2 huwa ta' 26%.
F'termini ta' miżuri, il-qagħda hija kif ġej: 58% tar-riżorsi jmorru għal sostenn f'żoni b'nuqqasijiet, minbarra ż-żoni ta' l-għoljiet, u 34% huma mmirati għall-finanzjament ta' azzjonijiet agroambjentali. Il-bqija ta' 8% se jintuża għall-finanzjament ta' pagamenti tan-Natura 2000 u għall-pagamenti marbutin mad-Direttiva 2000/60/KEE (id-Direttiva li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma).
Assi 3: l-allokazzjoni tal-baġit u l-prijoritajiet ewlenin
Dan l-assi għandu l-mira li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali permezz tal-konservazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-wirt rurali, naturali u kulturali li jtejjeb ir-rwol multifunzjonali taż-żoni rurali.
Il-piż finanzjarju ta' l-assi 3 huwa ta' 32%.
Ir-riżorsi taħt dan l-assi qegħdin primarjament għall-miżura tal-konservazzjoni u l-aġġornament tal-wirt rurali (64%), u mbagħad għall-miżura għall-inkoraġġiment ta' l-attivitajiet marbutin mat-turiżmu (35%).
Allokazzjoni tal-baġit għall-LEADER
FAEŻR : € 3,100,000. Finanzjament pubbliku totali: € 3,875,000.
Dan l-assi għandu l-mira li jtejjeb il-governanza billi jsaħħaħ il-kapaċità lokali, u jixpruna l-potenzjal għall-iżvilupp endoġenu taż-żoni rurali.
Il-piż finanzjarju ta' l-assi 4 huwa ta' 4%.
[1] UAA= Żona ta' raba' utilizzata