Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

L-Unjoni tas-Sigurtà: Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-adozzjoni finali tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati.

Brussell, id-9ta' april 2019

Il-Kunsill illum approva b'mod finali l-proposta mill-Kummissjoni għall-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali rigward ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom kundanna.

Din is-sistema ċentrali għandha l-għan li ttejjeb l-iskambju tal-informazzjoni dwar rekords kriminali rigward ċittadini mhux tal-UE, kif ukoll dawk apolidi, li jkunu ġew ikkundannati permezz tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) eżistenti.  

Vĕra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi qalet: Bis-sistema l-ġdida l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi se jkunu jistgħu aktar malajr u b'mod aktar faċli jindunaw b'ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew preċedentement ikkundannati fl-UE, permezz ta' tiftixa sempliċi f'ECRIS. Dan se jgħin fit-titjib tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja biex tkun tista' ssir aħjar il-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terrorizmu madwar l-UE, biex l-Ewropa ssir post aktar sikur għaċ-ċittadini tagħha kollha.”  

L-elementi ewlenin ta' ECRIS TCN 

  • Il-bażi tad-data se tkun disponibbli fuq l-internet u l-awtoritajiet se jkunu jistgħu b'faċilità ifittxu permezz ta' mekkaniżmu ta' tiftix “hit/no-hit”. “hit” jidentifika l-Istati Membri li mingħandhom ikunu jistgħu jinkisbu rekords kriminali sħaħ ta' xi persuna partikolari.
  • Is-sistema se jkun fiha biss informazzjoni ta' identifikazzjoni inklużi l-marki tas-swaba' u, fejn applikabbli, ritatti tal-uċuħ.
  • Is-sistema se tiġi ġestita minn eu-LISA, l-aġenzija tal-UE responsabbli għall-ġestjoni ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.
  • Barra l-użu tas-sistema għall-iskop ta proċedimenti kriminali, tista' wkoll tintuża għal skopijiet awtorizzati oħra, bħal pereżempju biex persuni jingħataw approvazzjoni biex jaħdmu mat-tfal jew biex jiksbu xi liċenzja, bħal dik għall-użu ta' armi tan-nar. 

Il-passi li jmiss 

Kif diġà ġew adottati mill-Parlament Ewropew, ir-regoli l-ġodda se jidħlu fis-seħħ fl-Istati Membri kollha mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali fil-ġimgħat li ġejjin. 

Qegħdin isiru wkoll negozjati dwar leġizlazzjoni addizzjonali proposta mill-Kummissjoni li permezz tagħha jkun possibbli wkoll li tiġi kkonsultata l-bażi ta' data tal-ECRIS-TCN meta tintalab awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għad-dħul fl-UE (permezz tas-sistema ETIAS), fil-kunsiderazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-viżi (permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viżi), jew meta tiġi investigata frodi konnessa mal-identità.

F'dawk il-każijiet tkun disponibbli biss l-informazzjoni dwar l-identità ta' dawk ikkundannati għal atti kriminali serji jew terrorimu 

L-isfond

ECRIS bħalissa qiegħda tintuża madwar tliet miljun darba fis-sena għall-iskambju ta' informazzjoni dwar kundanni kriminali preċedenti. F'madwar 30% tal-każijiet meta tintalab informazzjoni dwar rekords kriminali, tingħata tweġiba pożittiva, li jfisser li tingħata informazzjoni dwar rekords kriminali attwali. Dan isir l-aktar fil-każ ta' proċedimenti kriminali. Madankollu, tista' tintuża wkoll għal skopijiet leġittimi oħra awtorizzati, bħall-kisba ta' xi liċenzja għall-armi tan-nar, jew għal xi approvazzjoni għal ħidma mat-tfal.

It-titjib ta' ECRIS għar-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi huwa parti mill-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà. ECRIS-TCN hija wkoll parti mill-approċċ il-ġdid imfisser mill-Kummissjoni Ewropea lejn ġestjoni tad-data dwar il-fruntieri u s-sigurta li permezz tagħha s-sistemi ta' informazzjoni ċentralizzati kollha tal-UE għall-ġestjoni tas-sigurtà, il-fruntieri u l-migrazzjoni jsiru interoperabbli fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. 

Għal aktar tagħrif

ECRIS-TCN

IP/19/2018

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar