Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej: Il-Kummissjoni tirreġistra l-inizjattiva “#NewRightsNow”

Strasburgu, is-26ta' marzu 2019

L-inizjattiva “#NewRightsNow” Il-Kummissjoni Ewropea illum iddeċidiet li tirreġistra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej intitolata “#NewRightsNow - Strengthening the rights of ‘uberised' workers”.

L-organizzaturi jitolbu lill-Kummissjoni “tistabbilixxi obbligu fuq il-pjattaformi diġitali biex iħallsu introjtu minimu garantit lill-persuni impjegati għal rashom li jaħdmu regolarment għalihom.” L-organizzaturi jsostnu li dawn il-miżuri “jissalvagwardjaw u jistabbilizzaw l-introjtu tagħhom u […] jittrattaw speċifikament in-nuqqas ta' sigurtà fix-xogħol tal-ħaddiem ‘uberizzati'.”

Skont it-Trattati, l-UE tista' tieħu azzjoni legali biex tagħmilha aktar faċli għall-Ewropej biex jadottaw u jwettqu attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom. Għalhekk, il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li l-inizjattiva hija legalment ammissibbli u ddeċidiet li tirreġistraha. F'dan l-istadju tal-proċess, il-Kummissjoni ma analizzatx is-sustanza tal-inizjattiva, imma l-ammissibbiltà legali tagħha, biss.

Ir-reġistrazzjoni ta' din l-inizjattiva se ssir fl-1 ta' April 2019, u b'hekk jibda l-proċess ta' sena għall-ġbir tal-firem ta' appoġġ mill-organizzaturi tagħha. Jekk l-inizjattiva tirċievi miljun dikjarazzjoni ta' appoġġ fi żmien sena, u dawn jiġu minn tal-anqas 7 Stati Membri differenti, il-Kummissjoni tanalizzaha u tirreaġixxi fi żmien 3 xhur. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi ssegwix din it-talba jew le, u tagħżel x'tagħżel ikollha tispjega l-għala.

Sfond

L-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej ġew introdotti fit-Trattat ta' Lisbona u tnedew bħala għodda li biha ċ-ċittadini jkunu jistgħu jistabbilixxu l-aġenda f'April 2012, permezz tar-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li implimenta d-dispożizzjonijiet tat-Trattat. Fl-2017, bħala parti mid-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposti għal riforma tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej biex issir aktar faċli għal min jużaha. F'Diċembru 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar ir-riforma u r-regoli riveduti se jibdew japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020.

Ġaladarba tiġi rreġistrata formalment, Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermetti li miljun ċittadin minn mill-inqas kwart tal-Istati Membri tal-UE jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi att legali f'oqsma li l-Kummissjoni għandha s-setgħa biex dan tagħmlu.

Il-kundizzjonijiet ta' ammissibbiltà huma li l-azzjoni proposta ma tkunx taqa' manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni biex tressaq proposta għal att legali, li ma tkunx manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u li ma tmurx manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni.

Għal Aktar Informazzjoni

It-test sħiħ tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej proposta (disponibbli mill-1 ta' April 2019)

ECIs li bħalissa qed jiġbru l-firem

Is-sit tal-ECI

Ir-Regolament dwar l-ECI

Il-Paġna fuq Facebook: New Rights Now

 

IP/19/1809

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar