Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Baġit tal-UE għal bejn l-2021 u l-2027: Il-Kummissjoni tilqa' l-pożizzjoni tal-Istati Membri dwar il-Programm InvestEU

Brussell, il-21ta' frar 2019

Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-ftehim politiku fost l-Istati Membru dwar InvestEU, il-programm li ġie propost biex tingħata spinta lill-investiment privat u pubbliku fl-Ewropa fil-baġit fit-tul li jmiss tal-UE.

B'dan il-Ftehim il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu jibdew diskussjoni interistituzzjonali għall-adozzjoni tal-programm. InvestEU se jissimplifika l-aċċess għall-finanzjament tal-UE għal proġetti ta' investiment filwaqt li jagħmluh aktar effiċjenti. Dan il-programm se jiġbor flimkien taħt saqaf wieħed u b'marka waħda l-14-il strument finanzjarju tal-UE li bħalissa huma disponibbli biex isostnu l-investiment.

Il-Viċi President Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “InvestEU hija t-tweġiba tas-seklu 21 għall-ħtiġijiet ta' investiment tal-UE u dan il-ftehim bejn l-Istati Membri huwa pass importanti lejn il-ħolqien ta' dak il-programm. Bl-attivazzjoni ta' mill-anqas EUR 650 biljun f'investiment addizzjonali fl-UE, InvestEU se jqawwi l-kompetittività tagħna f'appoġġ għal ekonomija ċirkolari aktar intelliġenti, soċjetà aktar koeżiva u newtralità klimatika.”

Permezz tal-għoti ta' garanzija baġitarja tal-UE ta' mill-anqas EUR 38 biljun, il-Fond InvestEU se jinkludi riżorsi pubbliċi u privati biex jiġu mmobilizzati investimenti f'erba' oqsma ewlenin: fl-infrastruttura sostenibbli; fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fid-diġitalizzazzjoni; għal intrapriżi zgħar u medji; u fl-investiment soċjali u l-ħiliet.

Il-ħolqien tal-impjiegi, l-ixprunar tal-investiment u l-kisba ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli kienu l-prijoritajiet ewlenin tal-President Jean-Claude Juncker minn mindu l-Kummissjoni bdiet il-mandat tagħha f'Novembru 2014. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar InvestEU tibni fuq is-suċċess tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa – il-Pjan Juncker – li diġà mmobilizza EUR 380 biljun ta' investimenti minn mindu tnieda u għen lil 842,000 intrapiża żgħira u medja fl-UE.

L-aspetti baġitarji tal-InvestEU huma suġġetti għall-ftehim kumplessiv dwar il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE, propost mill-Kummissjoni f'Mejju tal-2018.

Għal aktar informazzjoni

Stqarrija għall-istampa: Il-Programm InvestEU għall-appoġġ tal-impjiegi, it-tkabbir u l-innovazzjoni fl-Ewropa

Memo: Il-Programm InvestEU - mistoqsijiet u tweġibiet

Skeda informattiva: X'inhu InvestEU?

Skeda informattiva: InvestEU - x'se jkun qed jiffinanzja?

Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Programm InvestEU

Il-baġit tal-UE għall-futur

Segwi lill-Viċi President Katainen fuq Twitter: @jyrkikatainen

#InvestEU

IP/19/1328

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar