Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej: Il-Kummissjoni Ewropea tiddikjara bħala inammissibbli t-talba għal referendum fl-UE dwar jekk ir-Renju Unit għandux jibqa' fl-UE jew inkella jħalliha

Brussell, it-28ta' novembru 2018

Illum il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li ma tirreġistrax l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej bit-titolu ‘Referendum madwar l-UE dwar jekk iċ-Ċittadini Ewropej iridux li r-Renju Unit jibqa' fl-UE jew inkella jħalliha!”.

Il-Kummissjoni sabet li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' din l-inizjattiva ma kinux issodisfati peress li l-materja ma taqax fil-qasam ta' kompetenza tal-UE.

Din l-inizjattiva tiddikjara li: “Iċ-Ċittadini Ewropej kollha għandu jkollhom il-possibbiltà li jesprimu l-opinjoni politika tagħhom dwar jekk jixtiqux li r-Renju Unit jibqa' fl-Unjoni Ewropea. L-organizzaturi appellaw biex il-Kummissjoni Ewropea “tappoġġja dan l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika li jagħti liċ-ċittadini Ewropej kollha fit-28 Stat Membru kollha il-possibbiltà li jesprimu x-xewqa tagħhom dwar jekk il-Brexit għandhiex isseħħ jew le.” L-Artikolu 50(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jippermetti espliċitament li kull Stat Membru jista' jirtira mill-Unjoni f'konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali tiegħu stess. Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea tesprimi dispjaċir għad-deċiżjoni li r-Renju Unit iħalli lill-Unjoni Ewropea, hija tirrispetta l-eżitu tar-referendum.

L-isfond

L-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej ġew introdotti fit-Trattat ta' Lisbona u tnedew f'April 2012 bħala għodda li biha ċ-ċittadini jkunu jistgħu jistabbilixxu l-aġenda. Daħlu fis-seħħ bir-Regolament dwar l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, liema regolament jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-Trattat. Fl-2017, bħala parti tad-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposti għal riforma tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej biex issir aktar faċli għal min jużaha.

Ladarba tiġi rreġistrata formalment, Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermetti li miljun ċittadin minn mill-anqas kwart tal-Istati Membri tal-UE jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipproponi att legali f'oqsma fejn il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tagħmel dan.

Il-kundizzjonijiet tal-ammissibbiltà, kif previsti permezz tar-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, huma li l-azzjoni proposta ma tkunx taqa' manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att legali, li ma tkunx manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u li ma tmurx manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni.

Matul dawn l-aħħar sentejn il-Kummissjoni rreġistrat erba' inizjattivi relatati mal-Brexit:

 

Filwaqt li żewġ inizjattivi relatati mal-Brexit ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u ġew iddikjarati bħala inammissibbli:

 

Għal Aktar Informazzjoni

ECIs oħra li bħalissa qed jiġbru l-firem

Is-sit web tal-ECI

Ir-Regolament dwar l-ECI

 

IP/18/6581

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar