Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-ġestjoni tal-fruntieri: L-UE tiffirma ftehim mal-Albanija ta' kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Tirana, il-5ta' ottubru 2018

Fil-5 ta' Ottubru 2018, l-Unjoni Ewropea ffirmat ftehim mal-Albanija ta' kooperazzjoni rigward il-ġestjoni tal-fruntieri bejn l-Albanija u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex).

Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem l-UE minn Herbert Kickl, il-Ministru għall-Intern tal-Awstrija u l-President tal-Kunsill, u minn Dimitris Avramopoulos, il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza u f'isem Fatimir Xhafaj, il-Ministru tal-intern tal-Albanija.

Dimitris Avramopoulos, il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza: “L-isfidi migratorji u ta' sigurtà ma jieqfux mal-fruntieri esterni tagħna. Lanqas għalina. Ewropa li tipproteġi hija Ewropa li taħdem flimkien ma' pajjiżi sħab fil-viċinat tagħha u lil hinn minnu. Il-Ftehim tal-lum mal-Albanija – l-ewwel ta' dan it-tip ma' pajjiż terz – huwa pass importanti tal-kooperazzjoni esterna tal-UE rigward il-ġestjoni tal-fruntieri. Nittama li dan se iwitti t-triq għal aktar kooperazzjoni mar-reġjun kollu tal-Balkani tal-Punent.

Herbert Kickl, il-Ministru għall-Intern tal-Awstrija: “L-introduzzjoni ta' miżuri ġodda biex jittejbu l-kontrolli fuq il-fruntieri esterni tal-UE, wassletgħal tnaqqis sinifikanti fil-qsim illegali tal-fruntieri. Iżda għad hemm aktar x'jista' jsir. Il-kooperazzjoni mal-ġirien tagħna hija partikolarment importanti. Dan il-ftehim se jippermettilna li nżidu l-appoġġ tagħna lill-Albanija fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri.

Dan il-qbil jippermetti lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex tikkoordina l-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Albanija f'dak li għandu x'jaqsam ma' ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se tkun kapaċi tieħu azzjoni fil-fruntiera esterna, li tinvolvi wieħed jew aktar stati membri ġirien u l-Albanija. Dan jista' jinkludi intervent fit-territorju Albaniż, soġġett għal ftehim mal-Albanija.

L-attivitajiet inklużi mill-ftehim huma mmirati biex jindirizzaw il-migrazzjoni irregolari, b'mod partikolari l-bidliet f'daqqa tal-flussi migratorji, u l-kriminalità transfruntiera, u jistgħu jinvolvu l-provvediment ta' assistenza teknika u operattiva akbar fil-fruntiera. Għal kull operazzjoni, għandu jiġi miftiehem pjan bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Albanija.

Il-Passi li Jmiss

L-abbozz ta' deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-ftehim intbagħat lill-Parlament Ewropew, li se jkun mistieden biex jagħti l-kunsens tiegħu sabiex il-ftehim jiġi konkluż.

Sfond

Il-ftehim ta' status tal-lum mal-Albanija huwa l-ewwel wieħed li qed jiġi konkluż ma' pajjiż terz. In-negozjati mal-Albanija bdew f'Diċembru 2017 u l-abbozz ta' ftehim ta' status ingħata bidu mill-Kummissarju Avramopoulos, u l-Ministru għall-Intern Albaniż Xhafaj fi Frar. Fit-13 ta' Lulju 2018 il-Kunsill awtorizza l-iffirmar tal-ftehim..

L-abbozz ta' ftehimiet dwar l-istatus kienu diġà ngħataw biduma' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (fit-18 ta' Lulju) u mas-Serbja (fl-20 ta' Settembru). In-negozjati mal-Montenegro u mal-Bożnija-Ħerzegovina jinsabu għaddejjin.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' twettaq skjeramenti u operazzjonijiet konġunti fit-territorju ta' pajjiżi ġirien li mhumiex fl-UE, soġġetti għall-konklużjoni preċedenti ta' ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiż ikkonċernat. F'Settembru, il-Kummissjoni pproponiet li l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta tkompli tissaħħaħ, tingħata l-livell xieraq ta' ambizzjoni u li jiġi permess li l-operazzjonijiet u l-iskjeramenti konġunti jseħħu f'pajjiżi lil hinn mill-viċinat immedjat tal-UE.

Għal Aktar Informazzjoni

Ftehim dwar l-istatus bejn l-UE u l-Albanija dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fl-Albanija

Stqarrija għall-Istampa: Il-ġestjoni tal-fruntieri: l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ssaħħaħ il-kooperazzjoni operattiva mal-Albanija

Stqarrija għall-istampa: Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta: Il-ftehim milħuq dwar il-kooperazzjoni operattiva mas-Serbja

Stqarrija għall-istampa: Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta: ftehim ta' kooperazzjoni operattiva milħuq ma' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

IP/18/6004


Side Bar