Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

L-Istat tal-Unjoni: Il-President Juncker jagħmel l-Indirizz tiegħu għall-2018 il-ġimgħa d-dieħla

Brussell, is-7ta' settembru 2018

Nhar l-Erbgħa, it-12 ta' Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, se jagħmel ir-raba' Indirizz tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

banner

 

Id-diskors ta' din is-sena jaħbat qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 u fil-kuntest tad-dibattitu li għaddej dwar il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea b'27. Fid-diskors tas-sena li għaddiet, il-President Juncker iddeskriva l-viżjoni tiegħu dwar kif tista' tevolvi l-Unjoni Ewropea sal-2025 u ppreżenta “Pjan Direzzjonali għal Unjoni aktar Magħquda, aktar Qawwija u aktar Demokratika”. Id-diskors kien akkumpanjat minn inizjattivi konkreti fejn jidħol il-kummerċ, skrinjar tal-investiment, is-sigurtà ċibernetika, l-industrija u d-data. Fuq din il-bażi, il-mexxejja nazzjonali ltaqgħu f'Tallinn, l-Estonja, u qablu dwar Aġenda tal-Mexxejja – lista tal-kwistjonijiet u l-isfidi l-aktar urġenti li għalihom għandhom jinstabu soluzzjonijiet, qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Mejju 2019. Fit-9 ta' Mejju 2019, waqt summit f'Sibiu, ir-Rumanija, il-mexxejja nazzjonali huma mistennija li jimmarkaw il-qofol ta' dan il-proċess b'impenn imġedded favur UE li twassal għal riżultati fejn jidħlu l-kwistjonijiet li huma tassew rilevanti għan-nies.

Id-diskors ta' din is-sena għal darb' oħra se jkun akkumpanjat minn proposti ġodda, biex il-kliem jiġi minnufih ikkonvertit f'fatti. Il-President se jippreżenta proposti li jistgħu jwasslu għal riżultati pożittivi għaċ-ċittadini saż-żmien is-Summit ta' Sibiu, u tittwitta t-triq għal dibattitu wiesa' qabel l-elezzjonijiet Ewropej.

Kuntest

L-Indirizz dwar l-Istat tal-Unjoni jimmarka l-bidu ta' djalogu mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill sabiex jitħejja l-Programm ta' Ħidma annwali tal-Kummissjoni. Imsejjes fit-Trattat ta' Lisbona, l-Indirizz dwar l-Istat tal-Unjoni huwa stabbilit fil-Ftehim ta' Qafas tal-2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, li teħtieġ li l-President u l-Ewwel Viċi President jibagħtu Ittra ta' Intenzjoni lill-President tal-Parlament Ewropew u lill-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li fiha jagħtu dettalji dwar l-azzjonijiet li l-Kummissjoni Ewropea tkun beħsiebha tieħu permezz ta' leġiżlazzjoni u b'inizjattivi oħra. L-Indirizz dwar l-Istat tal-Unjoni jiġi segwit minn dibattitu fil-plenarja mal-Membri tal-Parlament Ewropew. L-ewwel Indirizz dwar l-Istat tal-Unjoni kien sar fl-2010 wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona.

It-tħejjijiet tal-President Juncker fl-Indirizz dwar l-Istat tal-Unjoni jibdew f'Lulju. Il-materjal għalih jinġabar minn madwar il-Kummissjoni – mill-Kummissarji, il-Kabinetti, id-Diretturi Ġenerali, u l-Ambaxxaturi tal-UE. Il-President Juncker imbagħad jorganizza seminar ta' jumejn mal-Kulleġġ tal-Kummissarji fi tmiem Awwissu biex jiddiskuti l-isfidi u l-prijoritajiet għas-sena li jkun imiss. Fl-abbozzar tad-diskors, il-President Juncker jikkonsulta wkoll b'mod estensiv barra mill-istituzzjoni, jitkellem ma' mexxejja madwar l-Ewropa u lil hinn minnha, mal-Konferenza tal-Presidenti u gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew kif ukoll mal-Ambaxxaturi għall-UE u r-Rappreżentanti Permanenti kif ukoll ma' gruppi ta' riflessjoni ewlenin Ewropej.

Għal iktar informazzjoni

Diskorsi preċedenti tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni:

 

IP/18/5502

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar