Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-flussi tad-internazzjonali: il-Kummissjoni tniedi l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza tagħha dwar il-Ġappun

Brussell, il-5ta' settembru 2018

Wara l-konklużjoni tat-taħdidiet dwar il-protezzjoni tad- bejn l-UE u l-Ġappun li saru f'Lulju 2018, il-Kummissjoni llum nediet proċedura għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza tagħha.

Il-Kummissarju Jourová illum infurmat lill-Kulleġġ dwar il-passi li jmiss u l-Kummissjoni qed tippubblika l-abbozz tad-deċiżjoni ta' adegwatezza u d-dokumenti relatati. Dan jinkludi salvagwardji addizzjonali li l-Ġappun se japplika għal data personali tal-UE trasferita lejn il-Ġappun, kif ukoll impenji rigward l-aċċess għal data personali minn awtoritajiet pubbliċi Ġappuniżi għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi u ta' sigurtà nazzjonali, li jiggarantixxu li l-livell tagħhom ta' protezzjoni tad-data huwa adegwata għal dak tal-UE. Il-Ġappun qiegħed ukoll jgħaddi minn proċess simili biex jirrikonoxxi l-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-UE.

Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, stqarret: “Aħna qed noħolqu l-akbar żona ta' flussi tad-data sikura fid-dinja. Id-data personali se tkun tista' tivvjaġġa b'mod sikur bejn l-UE u l-Ġappun sabiex tkun ta' benefiċċju kemm għaċ-ċittadini tagħna kif ukoll għall-ekonomiji tagħna. Is-sħubija tagħna se tippromwovi standards globali għall-protezzjoni tad-data u tkun ta' eżempju għal sħubiji futuri f'dan il-qasam ewlieni.”

Issa kull naħa qed twettaq il-proċeduri interni rilevanti tagħha għall-adozzjoni tal-konstatazzjoni tal-adegwatezza reċiproka tagħha. Għall-UE, dan jinvolvi li tikseb l-opinjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (BEPD) u l-approvazzjoni ta' kumitat kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE. Ladarba din il-proċedura titlesta, il-Kummissjoni se tadotta d-deċiżjoni ta' adegwatezza dwar il-Ġappun.

L-elementi ewlenin tad-deċiżjoni ta' adegwatezza

Sabiex jiggarantixxi livell essenzjalment ekwivalenti għall-istandards Ewropej, il-Ġappun impenja ruħu li jimplimenta s-salvagwardji addizzjonali li ġejjin biex jipproteġi d-data personali ttrasferita lill-Ġappun , qabel ma l-Kummissjoni tadotta formalment id-deċiżjoni ta' adegwatezza tagħha:

  • Sett ta' regoli jipprovdu lil individwi fl-UE li d-data personali tagħhom hija ttrasferita lejn il-Ġappun, b'salvagwardji addizzjonali li se jnaqqsu diversi diskrepanzi bejn iż-żewġ sistemi tal-protezzjoni tad-data. Dawn is-salvagwardji addizzjonali se jsaħħu, pereżempju, il-protezzjoni ta' data sensittiva, il-kundizzjonijiet skont liema d-data tal-UE tista' tiġi trasferita ulterjorment mill-Ġappun għal pajjiż terz, l-eżerċizzju tad-drittijiet individwali għal aċċess u rettifika. Dawn ir-regoli se jkunu vinkolanti fuq il-kumpaniji Ġappuniżi li jimportaw data mill-UE u eżegwibbli mill-awtorità indipendenti Ġappuniża għall-protezzjoni tad-data u mill-qrati.
  • Il-Gvern Ġappuniż ta wkoll assigurazzjonijiet lill-Kummissjoni rigward garanziji li jikkonċernaw l-aċċess ta' awtoritajiet pubbliċi Ġappuniżi għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi kriminali u għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali, li jiżguraw li kull tali użu ta' data personali jkun limitat għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali u soġġett għal sorveljanza indipendenti.
  • Mekkaniżmu li jittratta l-ilmenti biex jinvestiga u jsolvi l-ilmenti tal-Ewropej rigward l-aċċess għad-data tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi Ġappuniżi. Dan il-mekkaniżmu l-ġdid se jiġi amministrat u supervizzat mill-awtorità indipendenti Ġappuniża għall-protezzjoni tad-data.

L-Ewropej se jibbenefikaw minn protezzjoni b'saħħitha tad-data personali tagħhom f'konformità mal-istandards tal-privatezza tal-UE meta d-data tagħhom tiġi ttrasferita lejn il-Ġappun. Dan l-arranġament se jikkomplementa wkoll il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun, minħabba li l-kumpaniji Ewropej se jibbenefikaw minn flus liberu tad-data ma' dan is-sieħeb kummerċjali ewlieni, kif ukoll minn aċċess privileġġat għall-127 miljun konsumatur Ġappuniż. L-UE u l-Ġappun jaffermaw li, fl-era diġitali, il-promozzjoni ta' standards għoljin għall-privatezza u għall-protezzjoni ta' data personali u l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali jmorru id f'id.

Il-passi li jmiss

L-abbozz tad-deċiżjoni ta' adegwatezza issa se jgħaddi mill-proċedura li ġejja:

  • Opinjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB)
  • Konsultazzjoni ta' kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri (proċedura ta' komitoloġija)
  • L-aġġornament tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew
  • L-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza mill-Kulleġġ tal-Kummissarji.

Sfond

Kif imħabbar f'Jannar 2017, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar L-Iskambju u l-Protezzjoni ta' data personali f'dinja globalizzata, il-Kummissjoni nediet djalogu bil-għan li tilħaq deċiżjoni ta' adegwatezza mal-Ġappun.

Fis-17 ta' Lulju 2018, l-UE u l-Ġappun ikkonkludew b'suċċess it-taħditiet tagħhom dwar l-adegwatezza reċiproka. Huma qablu li jirrikonoxxu s-sistemi ta' protezzjoni tad-data ta' xulxin bħala adegwati, li se jippermetti li d-data personali tkun ittrasferita b'mod sikur bejn l-UE u l-Ġappun.

L-ipproċessar tad-data personali fl-UE huwa bbażat fuq ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, li jipprovdi strumenti differenti għat-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi, inklużi deċiżjonijiet ta' adegwatezza.

Għal Aktar Informazzjoni

Skeda informattiva

Stqarrija għall-istampa dwar il-konklużjonijiet tat-taħdidiet ta' adegwatezza (is-17 ta' Lulju 2018)

Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar id-Deċiżjoni ta' Adegwatezza tal-Ġappun

Link għall-abbozz tad-deċiżjoni ta' adegwatezza u għad-dokumenti relatati

 

 

IP/18/5433

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar