Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Lura l-iskola: It-tfal tal-iskola jirċievu ħalib, frott u ħxejjex fl-iskejjel bis-saħħa ta' programm tal-UE

Brussell, it-3ta' settembru 2018

L-iskema tal-UE tal-frott, tal-ħaxix u tal-ħalib fl-iskejjel terġa' tibda mas-sena skolastika fil-pajjiżi tal-UE li qed jipparteċipaw.

L-għan tal-iskema fl-iskejjel tal-UE huwa li din tippromwovi drawwiet tal-ikel tajbin għas-saħħa fost it-tfal; hija skema li tiddistribwixxi frott, ħxejjex u prodotti tal-ħalib u torganizza wkoll programmi edukattivi speċifiċi biex jgħallmu lill-istudenti dwar l-importanza ta' nutrizzjoni tajba u biex jispjegaw kif jiġi prodott l-ikel.

Bl-għadd tal-iskejjel parteċipanti dejjem jiżdied, fis-sena skolastika 2017/2018 l-inizjattiva favur ikel tajjeb laħqet aktar minn 30 miljun tifel u tifla fl-Unjoni Ewropea kollha.

Il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Phil Hogan, qal: “Huwa importanti li nkunu nafu minn fejn ġej l-ikel tag]na u x-xogħol iebes li jinvolvi. Bl-iskemi tal-UE fl-iskejjel, mhux biss it-tfal isiru jafu dwar l-agrikoltura u l-produzzjoni tal-ikel imma jduqu wkoll prodotti tal kwalità u jibbenefikaw mill-valuri nutrizzjonali tagħhom. Qatt mhu kmieni wisq biex wieħed igawdi l-ikel!”

B'din l-iskema, kull sena skolastika jitwarrbu €150 miljun għall-frott u l-ħaxix u €100 miljun għall-ħalib u għal prodotti tal-ħalib oħrajn. Minkejja li l-parteċipazzjoni hija volontarja, l-Istati Membri kollha tal-UE għażlu li jkunu involuti fl-iskema, jew b'mod sħiħ jew b'mod parzjali. F'Marzu 2018, il-Kummissjoni Ewropea approvat u adottat l-allokazzjonijiet nazzjonali għal kull wieħed mit-28 Stat Membru li qed jieħu sehem fl-iskema fis-sena skolastika 2018-19. L-Istati Membri għandhom ukoll l-għażla li jżidu l-għajnuna tal-UE b'għajnuna nazzjonali biex jiffinanzjaw l-iskema.

L-għażla tal-prodotti distribwiti ssejset fuq konsiderazzjonijiet tas-saħħa u konsiderazzjonijiet ambjentali, fuq l-istaġjonalità, il-varjetà u d-disponibbiltà. L-Istati Membri jistgħu jħeġġu x-xiri ta' prodotti lokali jew reġjonali, prodotti organiċi, ktajjen qosra tal-provvista, benefiċċji ambjentali u skemi ta' kwalità agrikola.

Id-distribuzzjoni tal-frott, tal-ħxejjex u tal-ħalib tkun akkumpanjata minn varjetà ta' attivitajiet edukattivi għat-tfal tal-iskola. Kważi l-pajjiżi kollha stabbilixxew kumitati li fihom jipparteċipaw l-awtoritajiet u l-partijiet kkonċernati fis-settur tal-agrikoltura, tas-saħħa u tal-edukazzjoni li diversi minnhom iltaqgħu matul is-sena skolastika biex jissorveljaw l-attivitajiet.

Għal aktar informazzjoni

L-iskema tal-UE tal-frott, tal-ħaxix u tal-ħalib fl-iskejjel

Pakkett edukattiv għat-tfal dwar l-ikel u l-agrikoltura fl-Ewropa

IP/18/5382

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar