Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Kummissjoni tilqa' d-deċiżjoni tad-WTO li tikkonferma l-legalità tal-prinċipji ewlenin tat-tielet pakkett tal-enerġija tal-UE

Brussell, I-10ta' awissu 2018

F'deċiżjoni ppubblikata llum, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ċaħdet il-maġġoranza tad-dikjarazzjonijiet tar-Russja dwar l-allegata inkompatibbiltà tal-miżuri ta' politika tal-enerġija tal-UE mar-regoli tal-kummerċ multilaterali.

Il-panel tad-WTO ma sabx bażi fid-dikjarazzjoni li tikkonċerna d-diskriminazzjoni allegata tal-UE fit-“Tielet Pakkett dwar l-Enerġija” tagħha kontra s-servizzi tat-trasport tal-pipeline tar-Russja, il-fornituri tas-servizzi, jew kontra l-gass naturali tar-Russja. Il-panel iddeċieda favur l-UE rigward ir-regoli dwar “is-separazzjoni”, jiġifieri r-rekwiżit li jiġu separati l-provvista u l-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-operat tan-netwerks ta' trażmissjoni, kif ukoll rigward il-gass naturali likwifikat (GNL) u rigward netwerks ta' pipelines upstream. Dan huwa eżitu pożittiv importanti għall-UE, minħabba li jiżgura l-elementi ċentrali tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija.

Issa l-Kummissjoni se tanalizza s-sentenza fid-dettall, b'mod partikolari fir-rigward ta' għadd limitat ta' kwistjonijiet li dwarhom il-kompatibbiltà mad-WTO tal-politika tal-enerġija tal-UE għadha ma ġietx rikonoxxuta.

Kuntest

It-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija huwa magħmul mil-leġiżlazzjoni tal-UE għall-integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija. Huwa jinkludi regoli dwar, b'mod partikolari, is-separazzjoni tal-forniment u l-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-operat tan-netwerks ta' trażmissjoni (separazzjoni), aċċess mhux diskriminatorju għall-infrastruttura tal-enerġija u l-indipendenza tar-regolaturi nazzjonali tal-enerġija. UE integrata u kompetittiva fis-suq tal-enerġija huwa l-iktar mod kosteffikaċi biex jiġu żgurati provvisti sikuri u bi prezz affordabbli għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE b'għażla ta' fornitur tal-enerġija.

Għal aktar informazzjoni 

Rapport tal-Panel

L-istorja tal-każ

It-Tielet Pakkett tal-UE dwar l-Enerġija: MEMO u l-Leġiżlazzjoni tas-Suq tal-UE

Riżoluzzjoni tat-tilwim tad-WTO

 

IP/18/4942

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar